EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32004R2181

Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew Nru 2181/2004 tas- 16 ta’ Diċembru, 2004 , li jemenda r-Regolament BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji u r-Regolament BĊE/2001/18 dwar l-istatistika dwar ir-rati ta’ l-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji fuq id- depożiti u s-self miżmuma mill-familji u l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji

ĠU L 371, 18.12.2004, p. 42–45 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 383–386 (MT)
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 007 P. 3 - 7
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 007 P. 3 - 7
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 005 P. 37 - 40

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2014; Impliċitament imħassar minn 32013R1072

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2181/oj

5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

383


REGOLAMENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW Nru 2181/2004

tas-16 ta’ Diċembru, 2004,

li jemenda r-Regolament BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji u r-Regolament BĊE/2001/18 dwar l-istatistika dwar ir-rati ta’ l-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji fuq id- depożiti u s-self miżmuma mill-familji u l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(BĊE/2004/21)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru, 1998, dwar il-ġbir ta’ l-informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), partikolarment l-Artikli 5(1) u 6(4),

Billi:

(1)

Ir-Regolament BĊE/2001/13 tat-22 ta’ Novembru, 2001, dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (2) jitlob l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFMi) biex jirrappurtaw, inter alia, l-informazzjoni statistika ta’ kull xahar dwar il-karti tal-bilanċ tagħhom ta’ l-aħħar tax-xahar għall-iskopijiet tal-kumpilazzjoni tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-IFMi.

(2)

Ir-Regolament BĊE/2001/13 jipprovdi li r-regoli tal-kontabilita` li għandhom jiġu segwiti f’dan ir-rappurtaġġ huma dawk stabbiliti fit-traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru, 1986, dwar il-kontijiet annwali u dawk ikkonsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (3), u f’kwalunkwe standards internazzjonali oħra applikabbli. Kemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-kontabilita` u l-istandards internazzjonali nbidlu miż-żmien ta’ l-adozzjoni tar-Regolament BĊE/2001/13. Id-Direttiva 86/635/KEE ġiet emendata bir-riżultat li ċerti strumenti (2) finanzjarji jistgħu jiġu vvalutati skond il-valur ġust. L-istandards internazzjonali tal-kontabilita` jistgħu wkoll jipprovdu għall-valutazzjoni ta’ ċerti strumenti finanzjarji skond il-valur ġust.

(3)

Għall-iskopijiet ta’ l-informazzjoni statistika li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu bżonn biex iwettaq il-ħidmiet tiegħu, id-depożiti u s-self għandhom jiġu rrappurtati skond il-valur nominali tagħhom.

(4)

Fil-kuntest ta’ hawn fuq, huwa meħtieġ li r-Regolament BĊE/2001/13 jiġi emendat biex jinkludi b’mod espliċitu l-obbligu dwar ir-rappurtaġġ tad-depożiti u s-self skond il-valur nominali.

(5)

Fl-istess ħin, meta wieħed jikkunsidra l-istadju preżenti fil-proċess ta’ l-armonizzazzjoni fil-qasam ta’ l-istatistika, u li ntlaħaq bħala riżultat tar-Regolament BĊE/2001/13, huwa mixtieq li titkompla l-applikazzjoni tal-regoli tal-valutazzjoni li sa issa ġew applikati għal self kopert (provisioned loans) u self mixtri (purchased loans). Għalhekk, il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jħallu r-regoli tal-valutazzjoni eżistenti biex japplikaw għal dan is-self, sakemm il-BĊE jaġġorna dawn ir-regoli biex ir-rappurtaġġ jiġi armonizzat aktar.

(6)

Minħabba l-possibbilta` li xi IFMi jistgħu jivvalutaw it-titoli ta’ dejn maħruġa skond il-valur ġust, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat l-iskop tar-rappurtaġġ ta’ l-aġġustamenti ta’ “rivalutazzjoni oħra” dwar ir-rivalutazzjoni tal-prezz tat-titoli.

(7)

Bħala konsegwenza ta’ dan ta’ hawn fuq, għandu wkoll jiġi emendat ir-Regolament BĊE/2001/18 ta’ l-20 ta’ Diċembru, 2001, dwar l-istatistika dwar ir-rati ta’ l-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji fuq id-depożiti u s-self miżmuma mill-familji u l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (4),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament BĊE/2001/13 huwa emendat if ġej:

L-Anness I huwa emendat skond l-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament BĊE/2001/18 huwa emendat kif ġej:

L-Anness II huwa emendat skond l-Anness II ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, 2005.

Magħmul fi Frankfurt am Main, fis-16 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊEIl

President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU L 333, 17.12.2001, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament BĊE/2003/10 (ĠU L 250, 2.10.2003, p. 17).

(3)  ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/51/KE (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16).

(4)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 24.


ANNESS I

L-Anness I mar-Regolament BĊE/2001/13 huwa sostitwit kif ġej:

1.

Parti 1, Sezzjoni II hija sostitwita b’ li ġej:

“II.   Regoli tal-kontabilita’

Sakemm ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, ir-regoli tal-kontabilita’ segwita mill-iFMi għall-iskopijiet tar-rappurtaġġ skond dan ir-Regolament huma dawk stabbiliti fit-traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-of 8 ta’ Dicembru, 1986, dwar il-kontijiet annwali u dawk ikkonsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (1), kif ukoll fi kwalunkwe standards internazzjonali oħra applikabbli. Mingħajr preġudizzju għall-prattiċi tal-kontabilita’ u l-arranġamenti ta’ netting l-aktar użati fl-iStati Membri, għall-iskopijiet ta’ statistika l-attiv u l-passiv finanzjarju kollu huwa rrappurtat skond bażi gross.

(1)  ĠU L 372, 31.12.1986, pġ. 1.”"

2.

F’Parti 1, Sezzjoni III l-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

“Valutazzjoni statistika tad-depożiti u s-self

15.

Id-depożiti u s-self huma rrappurtati, għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, skond l-ammont nominali mhux imħallas fl-aħħar tax-xahar, u skond bażi gross. Ammont nominali jfisser l-ammont kapitali li d-debitur huwa obbligat kuntrattwalment li jħallas lill-kreditur.

16.

Il-BĊNi jistgħu jħallu r-rappurtaġġ ta’ self kopert wara li jitnaqqsu l-koperturi u r-rappurtaġġ ta’ self mixtri skond il-prezz miftiehem fil-ħin ta’ l-akkwist tagħhom, bil-kundizzjoni li dawn il-prattiċi tar-rappurtaġġ huma applikati mill-aġenti tar-rappurtaġġ kollha residenti u huma meħtieġa biex tinżamm il-kontinwita’ fil-valutazzjoni statistika tas-self fir-rigward tad-data rrappurtata għal perjodi qabel Jannar, 2005.”

3.

F’Parti 1, Sezzjoni IV l-paragrafu 10 li ġej huwa miżjud:

“Valutazzjoni statistika tad-depożiti u s-self

10.

Id-depożiti u s-self huma rrappurtati skond ir-regoli stabbiliti għal stokks ta’ kull xahar fil-paragrafi 15 u 16 ta’ Sezzjoni III.”

4.

Il-paragrafu 11 ta’ Part 1, Sezzjoni V huwa sostitwit b’ li ġej:

“11.

L-aġġustament dwar ir-rivalutazzjoni tal-prezz tat-titoli jirreferi għal ċaqliq fil-valutazzjoni tat-titoli li jirriżultaw minħabba bidla fil-prezz li skondu t-titoli huma rreġistrati jew nnegozjati. L-aġġustament jinkludi t-tibdiliet li jseħħu matul iż-zmien fil-valur ta’ l-istokks tal-karta tal-bilanċ ta’ l-aħħar tal-perjodu minħabba tibdiliet fil-valur ta' referenza li skondhom it-titoli huma rreġistrati i.e. qligħ/telf potenzjali. L-aġġustament jista’ jkollu wkoll tibdiliet fil-valutazzjoni li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f’titoli i.e. qligħ/telf realizzat.”

5.

Il-paragrafu 12 ta’ Part 1, Sezzjoni V huwa sostitwit b’ li ġej:

“12.

L-ebda obbligu ta’ rappurtaġġ minimu m’hu stabbilit għall-passiv tal-karta tal-bilanċ. Madankollu, jekk il-prattiċi tal-valutazzjoni applikati mill-aġenti tar-rappurtaġġ għat-titoli ta’ dejn maħruġa jirriżultaw f’tibdiliet għall-istokk tagħhom fl-aħħar tal-perjodu, il-BĊNi għandhom il-permess li jiġbru data dwar dawn it-tibdiliet. Din id-data hija rrappurtata bħala aġġustamenti ta’ ‘rivalutazzjoni oħra’.”

6.

It-tabella msejħa “Deskrizzjoni dettaljata ta’ kategoriji ta’ strumenti tal-karta tal-bilanċ aggregata ta’ kull xahar tas-settur ta’ l-IFMi” f’ Parti 3 hija emendata kif ġej:

a.

Ir-raba’ subinċiż ta’ punt 7 (“Attiv li jifdal”) huwa sostitwit b’li ġej:

“—

imgħax akkumulat ricevut fuq is-self

Skond il-prinċipju ġenerali tal-kontabilita’ tad-dovuti (accruals accounting), l-imgħax riċevut fuq is-self għandu jkun suġġett għal on-balance-sheet recording waqt li jakkumula (i.e. skond il-bażi tad-dovuti (accruals basis)) aktar milli meta jiġi riċevut (i.e.skond il-bażi tal-ħlas (cash basis)). L-imgħax akkumulat fuq is-self huwa kklassifikat skond bażi gross fil-kategorija ‘attiv li jifdal’. L-imgħax akkumulat huwa eskluż mis-self li għalih huwa jirreferi.”

b.

Ir-raba’ subinċiż ta’ punt 13 (“Passiv li jifdal”) huwa sostitwit b’li ġej:

“—

imgħax akkumulat pagabbli fuq id-depożiti

Skond il-prinċipju ġenerali tal-kontabilita’ tad-dovuti (accruals accounting), l-imgħax pagabbli fuq id-depożiti għandu jkun suġġett għal on-balance-sheet recording waqt li jakkumula (i.e. skond il-bażi tad-dovuti (accruals basis)) aktar milli meta jiġi mħallas (i.e. skond il-bażi tal-ħlas (cash basis)). L-imgħax akkumulat fuq id-depożiti huwa kklassifikat skond bażi gross fil-kategorija ‘passiv li jifdal’. L-imgħax akkumulat huwa eskluż mid-depożitu li għalih huwa jirreferi.”



ANNESS II

L-Anness II mar-Regolament BĊE/2001/18 huwa emendat kif ġej:

Il-Paragrafu 42 ta’ Part 4, Sezzjoni XIII, huwa sostitwit b’li ġej:

“42.

Salv kif ipprovdut mod ieħor fil-paragrafi li ġejjin, il-klassifikazzjoni ta’ l-istrumenti għar-rati ta’ l-imgħax ta’ l-IFMi u d-definizzjonijiet tat-tipi ta' l-istrumenti għandhom isegwu l-kategoriji ta’ l-attiv u l-passiv kif stabbilit f’Anness I mar-Regolament BĊE/2001/13.”


Fuq