EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32004R2181
Regulation (EC) No 2181/2004 of the European Central Bank of 16 December 2004 amending Regulation (EC) No 2423/2001 (ECB/2001/13) concerning the consolidated balance sheet of the monetary financial institutions sector and Regulation (EC) No 63/2002 (ECB/2001/18) concerning statistics on interest rates applied by monetary financial institutions to deposits and loans vis-à-vis households and non-financial corporations (ECB/2004/21)
Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew Nru 2181/2004 tas- 16 ta’ Diċembru, 2004 , li jemenda r-Regolament BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji u r-Regolament BĊE/2001/18 dwar l-istatistika dwar ir-rati ta’ l-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji fuq id- depożiti u s-self miżmuma mill-familji u l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji
Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew Nru 2181/2004 tas- 16 ta’ Diċembru, 2004 , li jemenda r-Regolament BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji u r-Regolament BĊE/2001/18 dwar l-istatistika dwar ir-rati ta’ l-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji fuq id- depożiti u s-self miżmuma mill-familji u l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji
ĠU L 371, 18.12.2004, p. 42–45
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 383–386
(MT)
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 007 P. 3 - 7
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 007 P. 3 - 7
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 005 P. 37 - 40
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2014; Impliċitament imħassar minn 32013R1072
5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
383 |
REGOLAMENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW Nru 2181/2004
tas-16 ta’ Diċembru, 2004,
li jemenda r-Regolament BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji u r-Regolament BĊE/2001/18 dwar l-istatistika dwar ir-rati ta’ l-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji fuq id- depożiti u s-self miżmuma mill-familji u l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji
(BĊE/2004/21)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru, 1998, dwar il-ġbir ta’ l-informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), partikolarment l-Artikli 5(1) u 6(4),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament BĊE/2001/13 tat-22 ta’ Novembru, 2001, dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (2) jitlob l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFMi) biex jirrappurtaw, inter alia, l-informazzjoni statistika ta’ kull xahar dwar il-karti tal-bilanċ tagħhom ta’ l-aħħar tax-xahar għall-iskopijiet tal-kumpilazzjoni tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-IFMi. |
(2) |
Ir-Regolament BĊE/2001/13 jipprovdi li r-regoli tal-kontabilita` li għandhom jiġu segwiti f’dan ir-rappurtaġġ huma dawk stabbiliti fit-traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru, 1986, dwar il-kontijiet annwali u dawk ikkonsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (3), u f’kwalunkwe standards internazzjonali oħra applikabbli. Kemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-kontabilita` u l-istandards internazzjonali nbidlu miż-żmien ta’ l-adozzjoni tar-Regolament BĊE/2001/13. Id-Direttiva 86/635/KEE ġiet emendata bir-riżultat li ċerti strumenti (2) finanzjarji jistgħu jiġu vvalutati skond il-valur ġust. L-istandards internazzjonali tal-kontabilita` jistgħu wkoll jipprovdu għall-valutazzjoni ta’ ċerti strumenti finanzjarji skond il-valur ġust. |
(3) |
Għall-iskopijiet ta’ l-informazzjoni statistika li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu bżonn biex iwettaq il-ħidmiet tiegħu, id-depożiti u s-self għandhom jiġu rrappurtati skond il-valur nominali tagħhom. |
(4) |
Fil-kuntest ta’ hawn fuq, huwa meħtieġ li r-Regolament BĊE/2001/13 jiġi emendat biex jinkludi b’mod espliċitu l-obbligu dwar ir-rappurtaġġ tad-depożiti u s-self skond il-valur nominali. |
(5) |
Fl-istess ħin, meta wieħed jikkunsidra l-istadju preżenti fil-proċess ta’ l-armonizzazzjoni fil-qasam ta’ l-istatistika, u li ntlaħaq bħala riżultat tar-Regolament BĊE/2001/13, huwa mixtieq li titkompla l-applikazzjoni tal-regoli tal-valutazzjoni li sa issa ġew applikati għal self kopert (provisioned loans) u self mixtri (purchased loans). Għalhekk, il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jħallu r-regoli tal-valutazzjoni eżistenti biex japplikaw għal dan is-self, sakemm il-BĊE jaġġorna dawn ir-regoli biex ir-rappurtaġġ jiġi armonizzat aktar. |
(6) |
Minħabba l-possibbilta` li xi IFMi jistgħu jivvalutaw it-titoli ta’ dejn maħruġa skond il-valur ġust, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat l-iskop tar-rappurtaġġ ta’ l-aġġustamenti ta’ “rivalutazzjoni oħra” dwar ir-rivalutazzjoni tal-prezz tat-titoli. |
(7) |
Bħala konsegwenza ta’ dan ta’ hawn fuq, għandu wkoll jiġi emendat ir-Regolament BĊE/2001/18 ta’ l-20 ta’ Diċembru, 2001, dwar l-istatistika dwar ir-rati ta’ l-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji fuq id-depożiti u s-self miżmuma mill-familji u l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (4), |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament BĊE/2001/13 huwa emendat if ġej:
L-Anness I huwa emendat skond l-Anness I ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament BĊE/2001/18 huwa emendat kif ġej:
L-Anness II huwa emendat skond l-Anness II ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, 2005.
Magħmul fi Frankfurt am Main, fis-16 ta’ Diċembru 2004.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊEIl
President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) ĠU L 333, 17.12.2001, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament BĊE/2003/10 (ĠU L 250, 2.10.2003, p. 17).
(3) ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/51/KE (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16).
(4) ĠU L 10, 12.1.2002, p. 24.
ANNESS I
L-Anness I mar-Regolament BĊE/2001/13 huwa sostitwit kif ġej:
1. |
Parti 1, Sezzjoni II hija sostitwita b’ li ġej: “II. Regoli tal-kontabilita’ Sakemm ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, ir-regoli tal-kontabilita’ segwita mill-iFMi għall-iskopijiet tar-rappurtaġġ skond dan ir-Regolament huma dawk stabbiliti fit-traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-of 8 ta’ Dicembru, 1986, dwar il-kontijiet annwali u dawk ikkonsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (1), kif ukoll fi kwalunkwe standards internazzjonali oħra applikabbli. Mingħajr preġudizzju għall-prattiċi tal-kontabilita’ u l-arranġamenti ta’ netting l-aktar użati fl-iStati Membri, għall-iskopijiet ta’ statistika l-attiv u l-passiv finanzjarju kollu huwa rrappurtat skond bażi gross. |
2. |
F’Parti 1, Sezzjoni III l-paragrafi li ġejjin huma miżjuda: “Valutazzjoni statistika tad-depożiti u s-self
|
3. |
F’Parti 1, Sezzjoni IV l-paragrafu 10 li ġej huwa miżjud: “Valutazzjoni statistika tad-depożiti u s-self
|
4. |
Il-paragrafu 11 ta’ Part 1, Sezzjoni V huwa sostitwit b’ li ġej:
|
5. |
Il-paragrafu 12 ta’ Part 1, Sezzjoni V huwa sostitwit b’ li ġej:
|
6. |
It-tabella msejħa “Deskrizzjoni dettaljata ta’ kategoriji ta’ strumenti tal-karta tal-bilanċ aggregata ta’ kull xahar tas-settur ta’ l-IFMi” f’ Parti 3 hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness II mar-Regolament BĊE/2001/18 huwa emendat kif ġej:
Il-Paragrafu 42 ta’ Part 4, Sezzjoni XIII, huwa sostitwit b’li ġej:
“42. |
Salv kif ipprovdut mod ieħor fil-paragrafi li ġejjin, il-klassifikazzjoni ta’ l-istrumenti għar-rati ta’ l-imgħax ta’ l-IFMi u d-definizzjonijiet tat-tipi ta' l-istrumenti għandhom isegwu l-kategoriji ta’ l-attiv u l-passiv kif stabbilit f’Anness I mar-Regolament BĊE/2001/13.” |