EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32020Y0201(01)

FTEHIM tat-22 ta’ Jannar 2020 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja2020/C 32 I/01

ĠU C 32I, 1.2.2020, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

1.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 32/1


FTEHIM

tat-22 ta’ Jannar 2020

bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja

(2020/C 32 I/01)


(1)

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

1, Knyaz Alexander I Sq.

1000 София/Sofia

БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

Česká národní banka

Na Příkopě 28

115 03 Praha 1

ČESKO

Danmarks Nationalbank

Havnegade 5

1093 København K

DANMARK

Hrvatska narodna banka

Trg hrvatskih velikana 3

10002 Zagreb

HRVATSKA

Magyar Nemzeti Bank

Budapest

Szabadság tér 9

1054

MAGYARORSZÁG

Narodowy Bank Polski

ulica Świętokrzyska 11/21

00-919 Warszawa

POLSKA

Banca Naţională a României

Strada Lipscani nr. 25, sector 3

030031 București

ROMÂNIA

Sveriges Riksbank

Brunkebergstorg 11

103 37 Stockholm

SVERIGE

Bank of England

Threadneedle Street

London EC2R 8AH

UNITED KINGDOM

u

(2)

il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(minn hawn ’il quddiem il-“Partijiet”)

Billi:

1.

Il-Kunsill Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 1997 (minn hawn ’il quddiem “ir-Riżoluzzjoni”) qabel li jistabbilixxi mekkaniżmu għal rata tal-kambju (minn hawn ’il quddiem “l-ERM II”) meta beda t-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja fl-1 ta’ Jannar 1999. Skont it-termini tar-Riżoluzzjoni, l-ERM II huwa mfassal biex jgħin jiżgura li l-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li qed jipparteċipaw fl-ERM II jidderieġu l-politika tagħhom lejn l-istabbiltà, jinkoraġġixxu l-konverġenza u b’hekk jgħin lill-Istati Membri barra ż-żona tal-euro fl-isforzi tagħhom biex jadottaw l-euro. Kif imsemmi fil-premessi għar-Riżoluzzjoni, il-proċeduri operattivi tal-ERM II kellhom jiġu stabbiliti fi ftehim bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra miż-żona tal-euro.

2.

Il-Bank of England huwa parti għall-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra miż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (1), kif emendat bil-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2006 (2), bil-Ftehim tal-14 ta’ Diċembru 2007 (3), bil-Ftehim tat-8 ta’ Diċembru 2008 (4), bil-Ftehim tat-13 ta’ Diċembru 2010 (5), bil-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 2013 (6), bil-Ftehim tas-6 ta’ Diċembru 2013 (7) u bil-Ftehim tat-13 ta’ Novembru 2014 (8) (iktar ’il quddiem imsejħin flimkien “il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II”).

3.

Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-“Renju Unit”) ressaq in-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont dan l-Artikolu, it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea se jieqfu milli japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta’ dan, sentejn wara dik in-notifika, jiġifieri mit-30 ta’ Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b’mod unanimu li jestendi dan il-perjodu.

4.

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tat-22 ta’ Marzu 2019 li testendi t-terminu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (9), fost oħrajn, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jestendi tali terminu sat-12 ta’ April 2019.

5.

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tal-11 ta’ April 2019 li testendi t-terminu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (10), fost oħrajn, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jestendi tali terminu ulterjorment, kif estiż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476, sal-31 ta’ Ottubru 2019.

6.

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1810 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tad-29 ta’ Ottubru 2019 li testendi t-terminu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (11), fost oħrajn, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jestendi tali terminu ulterjorment sal-31 ta’ Jannar 2020.

7.

Wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Frar 2020, il-Bank of England (BoE) ma jibqax bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru. Għaldaqstant, minn dak il-mument, il-BoE ma jistax ikun parti għall-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II. Jenħtieġ għalhekk li l-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II jiġi emendat sabiex jirrifletti t-tluq tal-BoE mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II. Jenħtieġ ukoll li l-Anness II “Limiti Massimi għall-Aċċess għall-Faċilità Finanzjarja għal Żmien Qasir Ħafna Msemmija fl-Artikoli 8, 10 u 11 tal-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II” (iktar ’il quddiem l-“Anness II”) jiġi ssostitwit biex jitqies dan it-tluq.

8.

Dan il-Ftehim għandu japplika biss mill-1 ta’ Frar 2020 jekk, minn dik id-data, il-BoE ma jibqax bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru,

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emenda għall-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II fid-dawl tat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

Il-Bank of England m’għandux jibqa’ parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II mill-1 ta’ Frar 2020.

Artikolu 2

Sostituzzjoni tal-Anness II għall-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II

L-Anness II tal-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness għal dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan il-Ftehim jemenda l-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 ħlief jekk, minn dik id-data, il-BoE ikun għadu bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru.

2.   Dan il-Ftehim għandu jitħejja bl-Ingliż u jkun debitament iffirmat mir-rappreżentanti awtorizzati tal-Partijiet. Il-BĊE, li għandu jżomm il-Ftehim oriġinali, għandu jibgħat kopja ċċertifikata tal-Ftehim oriġinali lil kull Parti għal dan il-Ftehim u lil kull bank ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro. Dan il-Ftehim għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2020.

Għal

Għal Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

...

Għal

Česká národní banka

...

Għal

Danmarks Nationalbank

...

Għal

Hrvatska narodna banka

...

Għal

Magyar Nemzeti Bank

...

Għal

Narodowy Bank Polski

...

Għal

Banca Naţională a României

...

Għal

Sveriges Riksbank

...

Għal

Bank of England

...

Għal

Bank Ċentrali Ewropew

...


(1)  ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.

(2)  ĠU C 14, 20.1.2007, p. 6.

(3)  ĠU C 319, 29.12.2007, p. 7.

(4)  ĠU C 16, 22.1.2009, p. 10.

(5)  ĠU C 5, 8.1.2011, p. 3.

(6)  ĠU C 187, 29.6.2013, p. 1.

(7)  ĠU C 17, 21.1.2014, p. 1.

(8)  ĠU C 64, 21.2.2015, p. 1.

(9)  ĠU L 801, 22.3.2019, p. 1

(10)  ĠU L 101, 11.4.2019, p. 1

(11)  ĠU L 278I, 30.10.2019, p. 1


ANNESS

LIMITI MASSIMI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-FAĊILITÀ TA’ FINANZJAMENT GĦAL ŻMIEN QASIR ĦAFNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8, 10 U 11 TAL-FTEHIM TAL-BANK ĊENTRALI DWAR L-ERM II

b’effett mill-1 ta’ Frar 2020

(EUR miljun)

Banek ċentrali partijiet għal dan il-Ftehim

Limiti massimi (1)

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

780

Česká národní banka

1260

Danmarks Nationalbank

1190

Hrvatska narodna banka

600

Magyar Nemzeti Bank

1080

Narodowy Bank Polski

3480

Banca Naţională a României

1760

Sveriges Riksbank

1850

Bank Ċentrali Ewropew

xejn


Banek ċentrali nazzjonali taż-żona euro

Limiti massimi

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

xejn

Deutsche Bundesbank

xejn

Eesti Pank

xejn

Central Bank of Ireland

xejn

Bank of Greece

xejn

Banco de España

xejn

Banque de France

xejn

Banca d’Italia

xejn

Central Bank of Cyprus

xejn

Latvijas Banka

xejn

Lietuvos Bankas

xejn

Banque centrale du Lussemburgu

xejn

Bank Ċentrali ta’ Malta

xejn

De Nederlandsche Bank

xejn

Oesterreichische Nationalbank

xejn

Banco de Portugal

xejn

Banka Slovenije

xejn

Národná banka Slovenska

xejn

Suomen Pankki

xejn


(1)  L-ammonti indikati għall-banek ċentrali li ma jipparteċipawx fl-ERM II huma biss nozzjonali.


Fuq