EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52015HB0003
Recommendation of the European Central Bank of 3 February 2015 to the Council of the European Union on the external auditors of Latvijas Banka (ECB/2015/3)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta’ Frar 2015 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Latvijas Banka (BĊE/2015/3)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta’ Frar 2015 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Latvijas Banka (BĊE/2015/3)
ĠU C 51, 13.2.2015, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/4 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta’ Frar 2015
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Latvijas Banka
(BĊE/2015/3)
(2015/C 51/02)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni li għandu bħalissa Latvijas Banka ser jintemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2014. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2015. |
(3) |
Latvijas Banka għażel lil KPMG Baltics SIA bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2015 sal-2019, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi KPMG Baltics SIA għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Latvijas Banka għas-snin finanzjarji 2015 sal-2019.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta’ Frar 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI