EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52017HB0042

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/42)

ĠU C 444, 23.12.2017, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta’ Diċembru 2017

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2017/42)

(2017/C 444/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti ta’ Národná banka Slovenska, Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o., ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2017. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018.

(3)

Il-BĊE għażel lil Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sal-2022, bil-għażla li l-mandat jiġi estiż sa sentejn finanzjarji addizzjonali (jiġifieri sal-2023 jew sal-2024),

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rakkomandat illi Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2018 sal-2022, bil-għażla li l-mandat jiġi estiż sa sentejn finanzjarji addizzjonali (jiġifieri sal-2023 jew sal-2024).

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta’ Diċembru 2017.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq