EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32014D0024(01)

2014/338/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta' Ġunju 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2014/24)

ĠU L 168, 7.6.2014, p. 117–117 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/12/2016; Imħassar b' 32016D0036(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/338/oj

7.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/117


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta' Ġunju 2014

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro

(BĊE/2014/24)

(2014/338/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 (1) tistabbilixxi mekkaniżmu għall-ippuljar u l-allokazzjoni ta' dħul monetarju li jirriżulta minn operazzjonijiet tal-politika monetarja.

(2)

L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23 jispeċifika li l-ammont tad-dħul monetarju ta' kull BĊN għandu jitnaqqas b'ammont ekwivalenti għall-imgħax akkumulat jew imħallas fuq passiv inkluż fi ħdan il-bażi tal-passiv, u skont kull deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32.4 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. Għandu jiġi kkjarifikat li kull dħul li jsir fuq il-passiv inkluż fi ħdan il-bażi tal-passiv għandu jiżdied mad-dħul monetarju tal-BĊNi li għandu jiġi ppuljat.

(3)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-ammont tad-dħul monetarju ta' kull BĊN għandu jiġi aġġustat b'ammont ekwivalenti għal kull imgħax akkumulat, imħallas jew riċevut fuq passiv inkluż fi ħdan il-bażi tal-passiv, u b'mod konformi ma' kull deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32.4 tal-Istatut tas-SEBĊ.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta' Ġunju 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta' Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 17).


Fuq