EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32014O0025
2014/340/EU: Guideline of the European Central Bank of 5 June 2014 amending Guideline ECB/2012/27 on a Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2) (ECB/2014/25)
2014/340/UE: Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Linja Gwida ECB/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2) (BĊE/2014/25)
2014/340/UE: Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Linja Gwida ECB/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2) (BĊE/2014/25)
ĠU L 168, 7.6.2014, p. 120–121
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 19/03/2023; Impliċitament imħassar minn 32022O0912
7.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/120 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-5 ta' Ġunju 2014
li temenda l-Linja Gwida ECB/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2)
(BĊE/2014/25)
(2014/340/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi minn żmien għal żmien li jnaqqas ir-rata tal-faċilità ta' depożitu għal taħt iż-żero fil-mija. |
(2) |
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda dwar ċerti limiti massimi għar-remunerazzjoni fuq depożiti tal-gvern, li huma speċifikati fil-Linja Gwida BĊE/2014/9 (1). |
(3) |
Il-limitazzjonijiet fuq ir-remunerazzjoni ta' depożiti tal-Gvern miżmuma minn BĊNi bħala aġenti fiskali skont l-Artikolu 21.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jiġu speċifikati sabiex tinkiseb il-politika monetarja unika, b'mod partikolari sabiex jiġu pprovduti inċentivi għat-tqegħid ta' depożiti tal-gvern fis-suq, li jiffaċilita l-ġestjoni tal-likwidità u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' limitu massimu fuq ir-remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern ibbażati fuq rati tas-suq monetarju tikkjarifika l-kriterji u tiffaċilita l-immonitorjar tal-konformità min-naħa tal-BĊNi mal-projbizzjoni ta' finanzjament monetarju mwettaq mill-BĊE b'mod konformi mal-Artikolu 271(d) tat-Trattat. |
(4) |
Il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (2) tispeċifika r-remunerazzjoni fuq il-kontijiet tal-Modulu tal-Ħlasijiet u s-sottokontijiet tagħhom, li jistgħu jinterferixxu mal-prinċipji ġenerali dwar ir-remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern kif approvati mill-Kunsill Governattiv u d-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv biex titbaxxa r-rata tal-faċilità ta' depożitu għal taħt iż-żero fil-mija kif imsemmi fil-premessa 1. |
(5) |
Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2012/27 għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
(6) |
Għall-finijiet tal-limitazzjoni fuq ir-remunerazzjoni għal depożiti tal-gvern, il-Linja Gwida BĊE/2012/27 għandha titqies bħala lex specialis b'rabta mal-Linja Gwida BĊE/2014/9. F'każ ta' diskrepanza mal-prinċipji ġenerali dwar ir-remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern kif approvati mill-Kunsill Governattiv, din tal-ewwel għandha tirbaħ. B'hekk, il-kontijiet tal-PM u s-sottokontijiet tagħhom għandhom neċessarjament jiġu rremunerati b'żero fil-mija jew bir-rata tal-faċilità ta' depożitu, skont liema tkun l-aktar baxxa, waqt li ma jitqiesux għal dawn il-finijiet kwalunkwe remunerazzjonijiet li possibbilment jistgħu jkunu ogħla li jkunu disponibbli għall-gvernijiet taħt il-Linja Gwida BĊE/2014/9, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida BĊE/2012/27 hija emendata skont kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 2, huma miżjuda d-definizzjonijiet li ġejjin:
|
2. |
fl-Anness II, huma miżjuda d-definizzjonijiet li ġejjin:
|
3. |
fl-Anness II, l-Artikolu 12(5) huwa ssostitwit b'dan li ġej: “5. il-kontijiet PM u s-sottokontijiet tagħhom għandhom jiġu rremunerati bir-rata ta' żero fil-mija jew ir-rata tal-faċilità ta' depożitu, skont liema tkun l-aktar baxxa, ħlief jekk jintużaw biex iżommu r-riżervi minimi meħtieġa. F'dak il-każ, il-kalkolu u l-ħlas ta' remunerazzjoni għaż-żamma ta' riżervi minimi għandhom jiġu rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 Novembru 1998 li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni ta' riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (*) u r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9) (**). |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Il-BĊNi li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-jum sitt ġimgħat wara l-jum meta din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Bank Ċentrali Ewropew dwar it-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-jum erba' ġimgħat wara l-jum meta din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta' Ġunju 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Il-Linja Gwida BĊE/2014/9 tal-20 ta' Frar 2014 dwar operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 56).
(2) Il-Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).