EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32014D0053(01)

2014/937/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 11 ta' Diċembru 2014 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2015 (BĊE/2014/53)

ĠU L 365, 19.12.2014, p. 163–164 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ: Danl-attinbidel. Verżjoni kkonsolidata kurrenti: 12/12/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/937/oj

19.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 365/163


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta' Diċembru 2014

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2015

(BĊE/2014/53)

(2014/937/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) u l-Artikolu 140(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/509/UE tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Litwanja fl-1 ta' Jannar 2015 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar 1999 biex japprova l-volum ta' muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Id-deroga favur il-Litwanja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 hija abrogata b'effett mill-1 ta' Jannar 2015.

(3)

It-18-il Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Litwanja ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni tiegħu l-istimi tagħhom tal-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2015, flimkien ma' noti spjegattivi dwar il-metodoloġija tat-tbassir.

(4)

Peress li d-dritt tal-Istati Membri li joħorġu muniti tal-euro huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħarġa, il-volumi approvati mill-BĊE ma jistgħux jinqabżu mill-Istati Membri mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2015

Il-BĊE b'dan japprova l-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fl-2015, kif stipulat fit-tabella li ġejja:

(miljuni f'EUR)

 

Ħruġ ta' muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta' muniti għall-kolletturi (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2015

Il-Belġju

0,8

Il-Ġermanja

529,0

L-Estonja

10,3

L-Irlanda

39,0

Il-Greċja

13,3

Spanja

301,4

Franza

230,0

L-Italja

41,5

Ċipru

10,0

Il-Litwanja

120,7

Il-Lussemburgu

45,0

Malta

8,7

Il-Pajjiżi l-Baxxi

52,5

Il-Latvja

30,6

L-Awstrija

248,0

Il-Portugall

30,0

Is-Slovenja

13,0

Is-Slovakkja

13,4

Il-Finlandja

60,0

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Litwanja.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta' Diċembru 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 228, 31.7.2014, p. 29.


Fuq