EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32014R1375

Regolament (UE) Nru 1375/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 10 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1071/2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (BĊE/2014/51)

ĠU L 366, 20.12.2014, p. 77–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 25/06/2021; Imħassar b' 32021R0379

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1375/oj

20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 366/77


REGOLAMENT (UE) Nru 1375/2014 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta' Diċembru 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1071/2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33)

(BĊE/2014/51)

IL-KUNSILL GOVERNATTIVI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta' Novembru 1998 li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni ta' riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jipprovdi li l-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista' jistabbilixxi regolamenti dwar il-kalkolu u d-determinazzjoni tar-riżervi minimi meħtieġa. Id-dettalji dwar l-applikazzjoni ta' riżermi minimi huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9) (3).

(2)

Fit-3 ta' Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jbiddel il-frekwenza tal-laqgħat tiegħu dwar il-politika monetarja minn ċiklu ta' erba' ġimgħat għal ċiklu ta' sitt ġimgħat sa mill-1 ta' Jannar 2015 u biex jestendi l-perjodi taż-żamma tar-riżerva minn erba' ġimgħat għal sitt ġimgħat b'mod korrispondenti.

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), il-perjodu ta' żamma huwa l-perjodu li matulu tiġi kkalkulata l-konformità mar-rekwiżiti tar-riżerva u li għalih dawk ir-riżervi minimi għandhom jinżammu fuq kontijiet ta' riżerva.

(4)

Il-bidla fit-tul tal-perjodi ta' manutenzjoni ma taffettwax il-kalkolu tal-ammont ta' riżervi minimi li għandhom jiġu sodisfatti matul perjodu ta' żamma għal istituzzjonijiet li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' rapportar sħiħ taħt ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (4). Dawk l-istituzzjonijiet jikkalkulaw, bħal qabel, il-bażi ta' riżerva fir-rigward ta' perjodu ta' żamma partikolari fuq il-bażi tad-dejta taħt ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) li jkun relatat max-xahar xahrejn qabel ix-xahar li matulu jibda l-perjodu taż-żamma. Min-naħa l-oħra, il-bidla fit-tul tal-perjodi ta' żamma fil-fatt taffettwa l-kalkolu tal-ammont ta' riżervi minimi għal istituzzjonijiet li jirrapportaw dejta fuq bażi trimestrali taħt ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), peress li l-perjodu trimestrali issa jinkludi żewġ perjodi ta' żamma.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) għandu jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) huwa mibdul b'dan li gej:

“2.   Id-dejta tal-bażi ta' riżerva għall-istituzzjonijiet tad-denb għal żewġ perjodi ta' żamma ta' riżerva għandha tkun ibbażata fud dejta tat-tmiem tat-trimestru miġbura mill-BĊNi fi żmien 28 jum ta' xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li għalih jirreferu.”

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9) (ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10).

(4)  Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1)


Fuq