EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32014R1376

Regolament (UE) Nru 1376/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 10 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9) (BĊE/2014/52)

ĠU L 366, 20.12.2014, p. 79–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 25/06/2021; Imħassar b' 32021R0378

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1376/oj

20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 366/79


REGOLAMENT (UE) Nru 1376/2014 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta' Diċembru 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9)

(BĊE/2014/52)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 19.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (2)

Billi:

(1)

L- Artikolu 19.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jipprovdi li l-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista' jistabbilixxi regolamenti dwar il-kalkolu u d-determinazzjoni tar-riżervi minimi meħtieġa. Id-dettalji dwar l-applikazzjoni ta' riżermi minimi huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9) (3).

(2)

Fit-3 ta' Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jbiddel il-frekwenza tal-laqgħat tiegħu dwar il-politika monetarja minn ċiklu ta' erba' ġimgħat għal ċiklu ta' sitt ġimgħat sa mill-1 ta' Jannar 2015 u biex jestendi l-perjodi taż-żamma tar-riżerva minn erba' ġimgħat għal sitt ġimgħat b'mod korrispondenti.

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), il-perjodu ta' żamma huwa l-perjodu li matulu tiġi kkalkulata l-konformità mar-rekwiżiti tar-riżerva u li għalih dawk ir-riżervi minimi għandhom jinżammu fuq kontijiet ta' riżerva.

(4)

Il-bidla fit-tul tal-perjodi ta' manutenzjoni ma taffettwax il-kalkolu tal-ammont ta' riżervi minimi li għandhom jiġu sodisfatti matul perjodu ta' żamma għal istituzzjonijiet li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' rapportar sħiħ taħt ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (4). Dawk l-istituzzjonijiet jikkalkulaw, bħal qabel, il-bażi ta' riżerva fir-rigward ta' perjodu ta' żamma partikolari fuq il-bażi tad-dejta taħt ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) li jkun relatat max-xahar li jiġi xahrejn qabel dak li matulu jibda l-perjodu taż-żamma. Min-naħa l-oħra, il-bidla fit-tul tal-perjodi ta' żamma fil-fatt taffettwa l-kalkolu tal-ammont ta' riżervi minimi għal istituzzjonijiet li jirrapportaw dejta fuq bażi trimestrali taħt ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), peress li l-perjodu trimestrali issa jinkludi żewġ perjodi ta' żamma.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 għandu jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi

Ir-Regolament BĊE/1745/2003 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 3(4) huwa sostitwit b'li ġej:

“4.   Għal istituzzjonijiet li ngħataw id-deroga stipulata fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (*) (‘istituzzjonijiet tad-denb’), il-bażi tar-riżerva għandha tiġi kkalkolata, għal żewġ perjodi ta' żamma konsekuttivi li jibdew bil-perjodu ta' żamma li jibda fit-tielet xahar wara t-tmiem ta' trimestru, fuq il-bażi tad-dejta ta' tmiem it-trimestru rrapportata skont il-punt 4 tal-Parti 1 tal-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Dawn l-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw ir-riżervi minimi tagħhom b'mod konformi mal-Artikolu 5.

(*)  Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).”"

2.

L-Artikolu 7(1) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“1.   Ħlief jekk il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jiddeċiedi li jimmodifika l-kalendarju skont il-paragrafu 2, il-perjodu ta' żamma għandu jibda fid-data tas-saldu tal-operazzjoni ta' rifinanzjament ewlenija wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv, fejn tiġi skedata minn qabel il-valutazzjoni tal-pożizzjoni tal-politika monetarja. Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jippubblika kalendarju ta' perjodi ta' żamma ta' mill-inqas tliet xhur qabel il-bidu ta' kull sena kalendarja. Il-pubblikazzjoni ta' dak il-kalendarju għandha ssir f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-siti tal-BĊE u tal-BĊNi parteċipanti.”

3.

Fl-Artikoli 3(1), 3(3), 4(1), 5(5), 10(6), 11, 13a(1)(b) ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) hija ssostitwita b'referenza għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

4.

Fl-Artikoli 5(3) u 13(4), ir-referenza għall-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) hija ssostitwita b'referenza għall-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

5.

Fl-Artikolu 13(2), ir-referenza għall-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) hija ssostitwita b'referenza għall-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.

(3)  Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9) (ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10).

(4)  Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).


Fuq