EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32014D0056(01)
Decision (EU) 2015/297 of the European Central Bank of 15 December 2014 amending Decision ECB/2010/23 on the allocation of monetary income of the national central banks of Member States whose currency is the euro (ECB/2014/56)
Deċiżjoni (UE) 2015/297 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2014/56)
Deċiżjoni (UE) 2015/297 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2014/56)
ĠU L 53, 25.2.2015, p. 21–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/12/2016; Imħassar b' 32016D0036(01)
25.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 53/21 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/297 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-15 ta' Diċembru 2014
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2014/56)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 32.2 u l-Artikolu 32.7 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 (1) tistabbilixxi mekkaniżmu għall-aggregazzjoni u l-allokazzjoni ta' dħul monetarju ġej minn operazzjonijiet ta' politika monetarja. |
(2) |
Fid-dawl tad-Deċiżjoni BĊE/2014/40 (2) u d-Deċiżjoni BĊE/2014/45, (3) l-assi assenjabbli għandhom jiġu aġġustati biex jitqies l-ammont ta' qligħ u telf magħmul li jirriżulta minn kwalunkwe trasferiment ta' titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja, għall-perijodu mit-trasferiment sat-tmiem tat-trimestru li jmiss. |
(3) |
Fid-dawl tal-fatt li l-imgħax li jakkumula fuq operazzjonijiet ta' politika monetarja li l-maturità tagħhom hija sena jew itwal jiġi aggregat qabel ma jinġabar fit-tmiem tal-operazzjoni, għandu jsir aġġustament għall-kalkolu tal-bażi tal-obbligazzjonijiet u l-assi assenjabbli bis-saħħa tal-Annessi I u II tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23. |
(4) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 għandha għalhekk tiġi emendata f'dan is-sens, |
AdoTtA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23 qed jinbidlu bit-test stabbilit fl-Anness I u II ta' din id-Deċiżjoni rispettivament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2014.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta' Diċembru 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta' Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 17)
(2) Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 22).
(3) Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2014/45) (ĠU L 1, 6.1.2015, p. 4).
ANNESS I
“ANNESS I
KOMPOŻIZZJONI TAL-BAŻI TAL-PASSIV
A. |
Il-bażi tal-passiv tinkludi, bl-esklużjoni ta' kull element ieħor:
|
B. |
L-ammont tal-bażi tal-passiv ta' kull BĊN huwa kkalkolat skont il-prinċipji u r-regoli armonizzati tal-kontabbiltà stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2010/20. |
ANNESS II
“ANNESS II
ASSI ASSENJABBLI
A. |
L-assi assenjabbli jinkludu, bl-esklużjoni ta' kull element ieħor:
|
B. |
Il-valur tal-assi assenjabbli ta' kull BĊN huwa kkalkolat skont il-prinċipji u r-regoli armonizzati tal-kontabilità stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2010/20.” |