EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32015R0730

Regolament (UE) 2015/730 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24) (BĊE/2015/18)

ĠU L 116, 7.5.2015, p. 5–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/730/oj

7.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/5


REGOLAMENT (UE) 2015/730 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta' April 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24) (BĊE/2015/18)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2),

Billi:

(1)

Sabiex il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jiġi pprovdut bi statistika adegwata dwar attivitajiet finanzjarji tas-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni fl-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem l-“Istati Membri taż-żona tal-euro”), ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/50) (3) introduċa rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2012/24) (4) għandu jiġi emendat biex jistabbilixxi rekwiżiti ta' rappurtar statistiku dwar investimenti f'titoli ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni. Sabiex jiġi mminimizzat il-piż ta' rappurtar, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandu jkollhom is-setgħa li jgħaqqdu r-rekwiżiti ta' rappurtar tagħhom taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) mar-rekwiżiti ta' rappurtar tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014.

(2)

Hemm rabta mill-qrib bejn id-dejta dwar l-investimenti f'titoli ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni miġbura mill-BĊNi għal finijiet statistiċi taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) u d-dejta miġbura mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (NCAs) għall-finijiet superviżorji skont il-qafas stabbilit mid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). L-Artikolu 70 tad-Direttiva 2009/138/KE jistabbilixxi li l-NCAs jistgħu jibagħtu informazzjoni intiża għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dik id-Direttiva lill-BĊNi u korpi oħrajn b'funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji. Minħabba l-mandat ġenerali tal-BĊE skont l-Artikolu 5.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-Istatut tas-SEBĊ) biex jikkoopera ma' korpi oħrajn fil-qasam tal-istatistika, u sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv u jiġi evitat xogħol doppju, il-BĊNi jistgħu jiksbu d-dejta li għandha tiġi rrapportata taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), safejn ikun possibbli, mid-dejta miġbura skont id-Direttiva 2009/138/KE, inklużi l-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw dik id-Direttiva, wara li jiġu kkunsidrati t-termini ta' kwalunkwe arranġament ta' kooperazzjoni bejn il-BĊN rilevanti u l-NCA rilevanti.

(3)

Is-Sistema Ewropea ta' Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (iktar 'il quddiem l-“ESA 2010”) teħtieġ li l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' unitajiet istituzzjonali jiġu rrapportati fil-pajjiż ta' residenza. Sabiex jiġi mminimizzat il-piż ta' rappurtar, jekk il-BĊNi jiksbu dejta li għandha tiġi rrapportata mill-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (ICs) minn dejta miġbura skont id-Direttiva 2009/138/KE, l-investimenti f'titoli ta' friegħi ta' ICs li l-uffiċċji prinċipali tagħhom huma residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jiġu aggregati ma' dawk tal-uffiċċji prinċipali. Jekk dan ikun il-każ, għandha tinġabar informazzjoni limitata dwar friegħi ta' ICs għall-finijiet tal-monitoraġġ tad-daqs tagħhom u kull devjazzjoni li ssegwi mill-prinċipju ta' residenza fl-ESA 2010.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) għandu jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi

Ir-Regolament (UE) Nru1011/2012 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1 qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:

“8a.

‘korporazzjoni tal-assigurazzjoni’ (IC) għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/50) (*).

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Novembru 2014 dwar rekwiżiti ta' rapportar statistiku għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (BĊE/2014/50) (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 36).”"

;

2.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif gej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma mibdulin b'dan li ġej:

“1.   Il-popolazzjoni ta' rappurtar attwali għandha tikkonsisti mill-IFMi, IFs, FVCs, ICs residenti, kustodji u l-kapijiet tal-gruppi bankarji identifikati mill-Kunsill Governattiv bħala gruppi ta' rappurtar skont il-paragrafu 4 u nnotifikati bl-obbligi ta' rappurtar tagħhom skont il-paragrafu 5 (iktar 'il quddiem kollettivament ‘aġenti ta' rappurtar attwali’ u individwalment ‘aġent ta' rappurtar attwali’).

2.   Jekk MMF, IF, FVC jew IC ma jkollhomx personalità ġuridika skont id-dritt nazzjonali, il-persuni intitolati legalment biex jirrappreżentawhom jew, fin-nuqqas ta' rappreżentanza formalizzata, persuni li skont il-liġijiet nazzjonali applikabbli huma responsabbli għall-atti tagħhom, għandhom ikunu responsabbli għar-rapportar tal-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament.”

.

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   Meta BĊNi jiksbu dejta li għandha tiġi rrapportata minn ICs skont dan ir-Regolament minn dejta miġbura skont id-Direttiva 2009/138/KE, il-popolazzjoni ta' rappurtar attwali ta' ICs għandha tikkonsisti minn:

(a)

ICs inkorporati u residenti fit-territorju tal-Istat Membru taż-żona tal-euro rilevanti, inklużi sussidjarji li l-entitajiet prinċipali tagħhom jinsabu barra dak it-territorju;

(b)

friegħi ta' ICs speċifikati fil-punt (a) li huma residenti barra t-territorju tal-Istat Membru taż-żona tal-euro rilevanti;

(c)

friegħi tal-ICs li huma residenti fit-territorju tal-Istat Membru taż-żona tal-euro rilevanti imma li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab barra ż-ŻEE.

Biex jiġi evitat id-dubju, friegħi tal-ICs li huma residenti fit-territorju tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab ġewwa ż-ŻEE ma humiex parti mill-popolazzjoni ta' rappurtar attwali.”

;

3.

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   L-IFMi, l-IFs, l-FVCs, ICs u l-kustodji għandhom jipprovdu lill-BĊN rilevanti tagħhom b'dejta titolu b'titolu fuq pożizzjonijiet tal-aħħar tat-trimestru jew tal-aħħar tax-xahar u, skont il-paragrafu 5, tranżazzjonijiet finanzjarji matul ix-xahar jew it-trimestru ta' referenza, jew it-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu dderivati dawn it-tranżazzjonijiet, fuq investimenti f'titoli proprji b'kodiċi ISIN, skont il-Parti 2 tal-Anness I. Din id-dejta għandha tiġi rrapportata fuq bażi trimestrali jew ta' kull xahar skont l-istruzzjonijiet ta' rappurtar iddefiniti mill-BĊNi rilevanti.”

;

(b)

Jiddaħħlu l-paragrafi 2a u 2b li ġejjin:

“2a.   Il-BĊN rilevanti għandu jitlob li l-kustodji għandhom jirrapportaw fuq bażi trimestrali jew ta' kull xahar, skont l-istruzzjonijiet ta' rappurtar stabbiliti mill-BĊNi rilevanti, dejta titolu b'titolu u informazzjoni dwar l-investitur fuq pożizzjonijiet tal-aħħar tat-trimestru jew tal-aħħar tax-xahar u, skont il-paragrafu 5, fuq tranżazzjonijiet finanzjarji matul it-trimestru jew xahar ta' referenza, fuq it-titoli b'kodiċi ISIN li jkollhom fil-kustodja tagħhom f'isem ICs;

2b.   Meta BĊNi jiksbu dejta li għandha tiġi rrapportata minn ICs skont dan ir-Regolament mid-dejta miġbura skont id-Direttiva 2009/138/KE, l-ICs għandhom jipprovdu lill-BĊN rilevanti, fuq bażi annwali, jew dejta aggregata jew titolu b'titolu fuq pożizzjonijiet tal-aħħar tas-sena ta' titoli b'kodiċi ISIN, imqassma iktar mill-investimenti domestiċi totali tal-IC u l-investimenti totali tal-friegħi tiegħu f'kull pajjiż ŻEE u barra ż-ŻEE, skont il-Parti 8 tal-Anness I. F'dan il-każ, ICs li jikkontribwixxu għar-rapportar annwali għandhom jagħmlu tajjeb għal mill-inqas 95 % tal-investimenti totali minn ICs ta' titoli b'kodiċi ISIN fl-Istat Membru relevanti taż-żona tal-euro.”

;

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Ir-rekwiżiti ta' rappurtar skont dan ir-Regolament, inklużi derogi minnu, għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' rappurtar li hemm: (a) fir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32); (b) fir-Regolament (KE) Nru 958/2007 (BĊE/2007/8); (c) fir-Regolament (KE) Nru 24/2009 (BĊE/2008/30); (d) fir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 (BĊE/2014/50).”

;

(d)

Il-paragrafi 8 sa 11 li ġejjin huma miżjuda:

“8.   Il-BĊN rilevanti għandu jitlob li kapijiet ta' gruppi ta' rappurtar jirrapportaw fuq bażi trimestrali l-informazzjoni meħtieġa fil-Parti 6 tal-Anness I taħt it-titolu ‘l-emittent huwa parti mill-grupp ta' rappurtar’ (fuq bażi ta' titoli b'titolu), dwar it-titoli b'kodiċi ISIN li jinżammu mill-grupp tagħhom skont l-Artikolu 3(3), u dwar it-titoli mingħajr kodiċi ISIN li jinżammu mill-grupp tagħhom skont l-Artikolu 3(6).

9.   Il-BĊNi jistgħu jiksbu dejta fuq investimenti ta' titoli minn ICs meħtieġa li jiġu rrapportati skont dan ir-Regolament mid-dejta li ġejja miġbura skont il-qafas stabbilit mid-Direttiva 2009/138/KE:

(a)

dejta li tinsab f'mudelli ta' rappurtar kwantitattiv għal rapportar superviżorju trażmessa lill-BĊNi minn NCA, kemm jekk il-BĊN u l-NCA jkunu stabbiliti b'mod separat jew integrati fi ħdan l-istess istituzzjoni, skont it-termini tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn iż-żewġ korpi; jew

(b)

dejta li tinsab f'mudelli ta' rappurtar kwantitattiv għar-rapportar superviżorju, kif trażmessa mill-aġenti ta' rappurtar direttament u simultanjament lil BĊN u NCA.

10.   Meta mudell ta' rappurtar kwantitattiv għal rapportar superviżorju jkun fih dejta meħtieġa biex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għal ICs skont dan ir-Regolament, il-BĊNi għandu jkollhom aċċess għall-mudell sħiħ biex tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta.

11.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu arranġamenti ta' kooperazzjoni biex tiġi pprovduta ġabra ċentralizzata mill-NCA rilevanti ta' informazzjoni li tkopri kemm ir-rekwiżiti ta' ġbir ta' dejta skont il-qafas stabbilit bid-Direttiva 2009/138/KE kif ukoll ir-rekwiżiti ta' ġbir ta' dejta addizzjonali stabbiliti f'dan ir-Regolament, skont id-dritt nazzjonali u t-termini armonizzati ta' referenza kif jista' jiddefinihom il-BĊE.”

;

4.

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1(a), l-ewwel sentenza fil-punt (i) hija mibdula b'dan li ġej:

“il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji mir-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti fl-Artikolu 3(1), sakemm f'termini ta' pożizzjonijiet il-kontribuzzjoni kkumbinata għal kull settur jew subsettur ta' IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji eżentati lill-investimenti nazzjonali ta' IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji, rispettivament, ma taqbiżx l-40 %;”;

(b)

fil-paragrafu 1(b), il-punt (i) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(i)

Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji mir-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti fl-Artikolu 3(1), sakemm f'termini ta' pożizzjonijiet il-kontribuzzjoni kkumbinata għal kull settur jew subsettur ta' IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji eżentati lill-investimenti nazzjonali ta' IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji, rispettivament ma taqbiżx il-5 %;”

;

(c)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-BĊNi jistgħu jistgħu jeżentaw lis-CIs totalment jew parzjalment minn rekwiżiti ta' rapportar, sakemm il-kontribut ikkombinat għall-ammont totali ta' titoli miżmuma minn CIs eżenti fl-Istat Membru relevanti taż-żona tal-euro f'termini ta' pożizzjonijiet ma jaqbiżx il-5 %; Dan il-limitu minimu jista' madankollu jiżdied għal 15 % għall-ewwel sentejn wara l-bidu tar-rapportar taħt dan ir-Regolament.”

;

(d)

jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil ICs mir-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti fl-Artikolu 3(1) kif ġej:

(a)

il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil ICs fuq il-bażi ta' investimenti totali f'titoli b'kodiċi ISIN miżmuma minn ICs, sakemm il-kontribuzzjoni kkumbinata miżmuma minn ICs eżentati lill-ammont totali ta' titoli fl-Istati Membri taż-żona tal-euro rilevanti f'termini ta' pożizzjonijiet ma taqbiżx il-5 %; jew

(b)

il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil ICs fuq il-bażi ta' investimenti totali f'titoli b'kodiċi ISIN miżmuma minn ICs, sakemm:

(i)

il-kontribuzzjoni kkombinata miżmuma minn ICs eżentati lill-ammont totali ta' titoli fl-Istati Membru taż-żona tal-euro rilevanti f'termini ta' pożizzjonijiet ma jaqbiżx l-20 %; u

(ii)

id-dejta rrapportata direttament minn ICs skont l-Artikolu 3(1) u d-dejta rapportata mill-kustodji b'referenza għall-investimenti minn ICs li mhumiex suġġetti għal rapportar dirett, flimkien ikopru, fuq bażi ta' titolu b'titolu, 95 % jew iżjed tat-total ta' investimenti f'titoli minn ICs b'kodiċi ISIN, f'kull Stat Membru taż-żona tal-euro.”

;

(e)

Il-paragrafi 3 u 4 huma mibdulin b'dan li ġej:

“3.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-MMFs kollha mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(1), sakemm l-investimenti totali tat-titoli tagħhom b'kodiċi ISIN ikunu ta' inqas minn 2 % tat-titoli miżmumin mill-MMFs taż-żona tal-euro.

4.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-FVCs kollha mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(1), sakemm l-investimenti totali tat-titoli tagħhom b'kodiċi ISIN ikunu jirrappreżentaw inqas minn 2 % tat-titoli miżmumin mill-FVCs taż-żona tal-euro.”

;

(f)

fil-paragrafu 5 qed jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

Il-BĊNi jistgħu jeżentaw kustodji għal kollox jew parzjalment mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(2a), sakemm id-dejta rrapportata direttament minn ICs skont l-Artikolu 3(1) u d-dejta rapportata mill-kustodji b'referenza għall-investimenti minn ICs li mhumiex suġġetti għal rapportar dirett, flimkien ikopru, fuq bażi ta' titolu b'titolu, 95 % jew iżjed tat-total ta' investimenti f'titoli ICs b'kodiċi ISIN, f'kull Stat Membru taż-żona tal-euro.”

;

(g)

jiddaħħal il-paragrafu 6a li ġej:

“6a.   Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jagħtu derogi lil kapijiet ta' gruppi ta' rappurtar mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(8) sakemm il-BĊNi jkunu jistgħu jiksbu dejta li għandha tiġi rrapportata minn kapijiet ta' gruppi ta' rappurtar minn dejta miġbura minn sorsi oħrajn.”

;

(h)

il-paragrafu 7 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“7.   Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jagħtu derogi mir-rekwiżiti ta' rappurtar skont dan ir-Regolament jekk l-aġenti ta' rappurtar attwali jirrapportaw l-istess dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32), ir-Regolament (KE) Nru 958/2007 (BĊE/2007/8), ir-Regolament (KE) Nru 24/2009 (BĊE/2008/30), jew ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 (BĊE/2014/50), jew jekk il-BĊNi jistgħu jisiltu b'mod ieħor l-istess dejta, skont l-istandards statistiċi minimi speċifikati fl-Anness III.”

5.

l-Artikolu 7a li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 7a

Fużjonijiet, diviżjonijet u riorganizzazzjonijiet

Fil-każ ta' fużjoni, diviżjoni jew riorganizzazzjoni li tista' taffettwa t-twettiq ta' obbligi statistiċi, l-aġenti ta' rappurtar ikkonċernati għandhom jinformaw lill-BĊN relevanti, ladarba l-intenzjoni biex tiġi implimentata dik l-operazzjoni tkun saret pubblika u fiż-żmien dovut qabel ma sseħħ, bil-proċeduri li huma ppjanati biex jitwettqu r-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku stabbiliti f'dan ir-Regolament.”

;

6.

l-Artikolu 10a li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 10a

L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2015/730 (BĊE/2015/18) (**)

1.   L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2015/730 (BĊE/2015/18) għandu jibda b'dejta li tirrigwarda l-perijodu ta' referenza Marzu 2015, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan l-Artikolu.

2.   L-ewwel rapportar minn ICs skont l-Artikolu 3(1) għandu jibda bid-dejta li tirrigwarda l-perijodu ta' referenza Marzu 2016.

3.   L-ewwel rapportar minn kustodji skont l-Artikolu 3(2a) għandu jibda bid-dejta li tirrigwarda l-perijodu ta' referenza Marzu 2016.

4.   L-ewwel rapportar minn ICs skont l-Artikolu 3(2b) għandu jibda bid-dejta annwali li tirrigwarda s-sena ta' referenza 2016.

(**)  Ir-Regolament (UE) 2015/730 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24)(BĊE/2015/18) (ĠU L 116, 7.5.2015, p. 5).”"

.

Artikolu 2

Emendi għall-Annessi I u II tar-Regolament Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24)

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) huma emendati skont l-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dispożizzjoni finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta' April 2015.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU C 72, 28.2.2015, p. 3.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Novembru 2014 dwar rekwiżiti ta' rapportar statistiku għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (BĊE/2014/50) (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 36).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24) (ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6).

(5)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) huwa emendat kif ġej:

1.

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a)

L-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 hija ssostitwita b'dan li ġej:

“L-IFMs, l-IFs u l-kustodji li jirrapportaw dejta fuq investimenti proprji f'titoli jew fuq titoli li jżommu f'kustodja f'isem investituri residenti għandhom jipprovdu t-tagħrif statistiku skont wieħed mill-metodi li ġejjin:”; u

(b)

L-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 hija ssostitwita b'dan li ġej:

“l-FVCs u l-ICs jipprovdu t-tagħrif statistiku skont wieħed mill-metodi li ġejjin:”

;

2.

Il-Parti 2 tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI 2

Dejta fuq investimenti f'titoli proprji b'kodiċi ISIN minn IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji

Għal kull titolu li jkun ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat skont il-kategorija ta' titolu ‘titoli ta' dejn’ (F.3), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment’ (F.52), dejta għall-oqsma fit-tabella ta' hawn taħt tiġi rrapportata mill-investituri finanzjarji li jappartjenu lill-IFMi, l-IFs, l-FVCs jew ICs u mill-kustodji b'referenza għall-investimenti proprji f'titoli. Dawn jiġu rrapportati skont ir-regoli li ġejjin u f'konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II:

(a)

tiġi rrapportata dejta għall-oqsma 1 u 2;

(b)

dejta tiġi rrapportata skont jew il-punt (i) jew (ii) kif ġej:

(i)

jekk IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji jirrapportaw tranżazzjonijiet finanzjarji titolu b'titolu, tiġi rrapportata dejta għall-oqsma 5 u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, 6; jew

(ii)

jekk IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji ma jirrapportawx tranżazzjonijiet finanzjarji titolu b'titolu, tiġi rrapportata dejta għall-qasam 6, meta mitlub mill-BĊN rilevanti.

Il-BĊN rilevanti jista' jagħżel li jitlob li l-investituri finanzjarji li jappartjenu lill-IFMi, l-IFs, il-FVCs, l-ICs u lill-kustodji jirrapportaw dejta għall-oqsma 1 u 3 minflok dejta skont il-punt (a). F'dan il-każ, minflok dejta skont il-punt (b), tiġi rrapportata wkoll dejta għall-oqsma 5 u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, 7.

Il-BĊN rilevanti jista' jagħżel li jitlob li l-investituri finanzjarji li jappartjenu lill-IFMi, lill-IFs, lill-FVCs, lill-ICs u lill-kustodji jirrapportaw dejta għall-oqsma 2b, 3 u 4.

Qasam

Deskrizzjoni

1

Kodiċi ISIN

2

Numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat

2b

Bażi ta' kwotazzjoni

3

Valur tas-suq

4

Investiment f'portafoll jew investiment dirett

5

Transazzjonijiet finanzjarji

6

Bidliet oħra fil-volum b'valur nominali

7

Bidliet oħra fil-volum b'valur tas-suq”

3.

Il-Parti 3 hija emendata kif ġej:

(a)

is-sentenza li ġejja tiżdied qabel it-tabella:

“Kustodji li jirrapportaw l-investimenti ta' ICs skont l-Artikolu 3(2a) għandhom jirrapportaw ukoll dejta għall-qasam 9 jew il-qasam 10.”

;

(b)

it-tabella hija ssostitwita b'dan li ġej:

“Qasam

Deskrizzjoni

1

Kodiċi ISIN

2

Numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat

2b

Bażi ta' kwotazzjoni

3

Settur tad-detentur:

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi ta' pensjoni (S.129)

Intermedjarji finanzjarji oħrajn (S.125) bl-esklużjoni ta' korporazzjonijiet finanzjarji vettura, involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, awżiljarji finanzjarji (S.126), istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa ta' flus (S.127)

Korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (subdiviżjoni ta' S.125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Gvern ġenerali (S.13) (1)

Unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lil unitajiet domestiċi (S.14+S.15) (2)

4

Valur tas-suq

5

Investiment f'portafoll jew investiment dirett

6

Transazzjonijiet finanzjarji

7

Bidliet oħra fil-volum b'valur nominali

8

Bidliet oħra fil-volum b'valur tas-suq

9

Istituzzjoni detentriċi

10

L-istituzzjoni detentriċi hija soġġetta għal rapportar dirett

4.

Il-Parti 6 hija emendata kif ġej:

(a)

l-aħħar sentenza tinbidel bli gej:

“Il-BĊN rilevanti jista' jagħżel ukoll li jeħtieġ lill-kapijiet ta' gruppi ta' rappurtar biex jirrapportaw dejta għall-oqsma 2b u 3 u 6.”

;

(b)

it-tabella hija ssostitwita b'dan li ġej:

“Qasam

Deskrizzjoni

Ghażliet ta' rappurtar alternattivi

1

Kodiċi ISIN

(i)

Livell ta' Grupp

(ii)

Entitajiet residenti u entitajiet mhux residenti identifikati separatament

(iii)

Skont l-entità”

2

Numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat

2b

Bażi ta' kwotazzjoni

3

Valur tas-suq

4

Entitajiet residenti/entitajiet mhux residenti

 

5

Entità tal-grupp

 

6

L-emittent huwa parti mill-grupp ta' rappurtar

 

 

 

5.

Il-Parti 7 hija emendata kif ġej:

(a)

L-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Għal kull titolu li ma ġiex assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat taħt il-kategorija ta' titolu ‘titoli ta' dejn għal żmien qasir’ (F.31), ‘titoli ta' dejn għal żmien twil’ (F.32), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment’ (F.52), dejta għall-oqsma fit-tabella ta' hawn taħt tista' tiġi rrapportata minn investituri finanzjarji li jappartjenu lill-IFMi, l-IFs u l-FVCs, l-ICs u mill-kustodji. Huma jirrapportaw skont ir-regoli li ġejjin u f'konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II:”

;

(b)

il-punti (a)(i) u (ii) huma mibdula b'dan li ġej:

“(i)

dejta għall-oqsma 1 sa 4 (tista' tiġi rrapportata dejta għall-qasam 5 minflok għall-oqsma 2 u 4), għall-oqsma 6, 7 u 9 sa 15, u jew għall-qasam 16 jew għall-oqsma 17 u 18, matul it-trimestru jew ix-xahar ta' referenza, fuq bażi ta' titolu b'titolu bl-użu ta' numru ta' identifikazzjoni bħal CUSIP, SEDOL, numru ta' identifikazzjoni ta' BĊN, eċċ; jew

(ii)

dejta aggregata għall-oqsma 2 sa 4 (tista' tiġi rrapportata dejta għall-qasam 5 minflok l-oqsma 2 u 4), għall-oqsma 6, 7, u 9 sa 15, u jew dejta għall-qasam 16 jew għall-oqsma 17 u 18, matul it-trimestru jew xahar ta' referenza.”

;

(c)

il-punt (b) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Għall-kustodji li jirrapportaw dejta fuq titoli li jżommu f'isem investituri finanzjarji residenti li mhux mitluba jirrapportaw l-investimenti tagħhom f'titoli u f'isem investituri mhux finanzjarji, tista' tiġi rrapportata dejta trimestrali jew ta' kull xahar kif ġej:

(i)

dejta għall-oqsma 1 sa 4 (tista' tiġi rrapportata dejta għall-qasam 5 minflok l-oqsma 2 u 4), għall-oqsma 6, 7 u 8 sa 15, u jew għall-qasam 16 jew għall-oqsma 17 u 18, matul it-trimestru jew ix-xahar ta' referenza, fuq bażi ta' titolu b'titolu bl-użu ta' numru ta' identifikazzjoni bħal CUSIP, SEDOL, numru ta' identifikazzjoni ta' BĊN, eċċ; jew

(ii)

dejta aggregata għall-oqsma 2 sa 4 (tista' tiġi rraportata dejta għall-qasam 5 minflok l-oqsma 2 u 4), għall-oqsma 6 u 8 sa 15, u jew dejta għall-qasam 16, jew inkella għall-oqsma 17 u 18, matul is-semestru jew xahar ta' referenza.

Kustodji li jirrapportaw l-investimenti ta' ICs skont l-Artikolu 3(2a) għandhom jirrapportaw ukoll dejta għall-qasam 22 jew il-qasam 23.”

;

(d)

jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

Għal kapijiet ta' gruppi bankarji li jirrapportaw dejta dwar titoli li jinsabu miżmumin mill-grupp tagħhom, inklużi entitajiet mhux residenti, id-dejta trimestrali tista' tiġi rrapportata kif ġej:

(i)

dejta għall-oqsma 1 sa 4 (tista' tiġi rrrapportata dejta għall-qasam 5 minflok l-oqsma 2 u 4), u għall-oqsma 6 u 9 sa 15, matul it-trimestru ta' referenza, fuq bażi ta' titolu b'titolu, bl-użu ta' numru ta' identifikazzjoni bħal CUSIP, SEDOL, numru ta' identifikazzjoni ta' BĊN, eċċ.; jew

(ii)

dejta aggregata għall-oqsma 2 sa 4 (tista' tiġi rrapportata dejta għall-qasam 5 minflok l-oqsma 2 u 4) u għall-oqsma 6 u 9 sa 15, matul it-trimestru ta' referenza.

Dejta taħt (i) u (ii) tiġi rrapportata skont waħda mill-għażliet li ġejjin:

(i)

aggregata għall-grupp kollu; jew

(ii)

separatament għall-entitajiet residenti u mhux residenti tal-grupp. F'dan il-każ tiġi rrapportata wkoll dejta għall-qasam 19; jew

(iii)

separatament minn kull entità tal-grupp. F'dan il-każ, dejta għall-qasam 20 tiġi rrapportata wkoll.

Il-BĊN rilevanti jista' jeħtieġ lil kapijiet ta' gruppi ta' rappurtar jirrapportaw ukoll dejta għall-qasam 21.”

;

(e)

it-tabella hija ssostitwita b'dan li ġej:

“Qasam

Deskrizzjoni

1

Kodiċi ta' identifikazzjoni ta' titolu (numru ta' identifikazzjoni ta' BĊN, CUSIP, SEDOL, oħrajn)

2

Numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat (3)

3

Bażi ta' kwotazzjoni

4

Valur tal-prezz

5

Valur tas-suq

6

Strument:

Titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien qasir (F.31)

Titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien twil (F.32)

Ishma kkwotati (F.511)

Ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment (F.52)

7

Settur jew subsettur ta' investituri li jirrapportaw dejta fuq investimenti f'titoli proprji:

Bank ċentrali (S.121);

Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għal bank ċentrali (S.122)

Fondi ta' suq tal-flus (S.123)

Fondi ta' investiment ħlief għall-fondi ta' suq tal-flus (S.124)

Korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (subdiviżjoni ta' S.125)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

8

Settur jew subsettur tal-investituri rapportat minn kustodji:

Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn bl-esklużjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, fondi ta' investiment, korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.125+S.126+S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi tal-pensjoni (S.129)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Gvern ġenerali (S.13) (4)

Unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet li ma għandhomx skop ta' qligħ li jservu unitajiet domestiċi (S.14+S.15) (5)

9

Settur jew subsettur tal-emittent:

Bank ċentrali (S.121);

Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għal bank ċentrali (S.122)

Fondi ta' suq tal-flus (S.123)

Fondi ta' investiment ħlief għall-fondi ta' suq tal-flus (S.124)

Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn bl-esklużjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, fondi ta' investiment, korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S.125+S.126+S.127)

Korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (subdiviżjoni ta' S.125)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.128+S.129) (6)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Gvern ġenerali (S.13)

Unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet li ma għandhomx skop ta' qligħ li jservu unitajiet domestiċi (S.14+S.15) (7)

10

Investiment f'portafoll jew investiment dirett

11

Tqassim bil-pajjiż tal-investitur

12

Tqassim bil-pajjiż tal-emittent

13

Valuta ta' denominazzjoni ta' titoli

14

Data tal-ħruġ

15

Data tal-maturità

16

Transazzjonijiet finanzjarji

17

Aġġustamenti ta' rivalutazzjoni

18

Bidliet oħra fil-volum

19

Entitajiet residenti/entitajiet mhux residenti

20

Entità tal-grupp

21

L-emittent huwa parti mill-grupp ta' rappurtar

22

Istituzzjoni detentriċi

23

Istituzzjoni detentriċi hija soġġetta għal rapportar dirett

6.

tiżdied il-Parti 8 li ġejja:

“PARTI 8

Rapportar annwali ta' investimenti proprji ta' titoli b'kodiċi ISIN minn ICs

Għal kull titolu li jkun ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat skont il-kategorija ta' titolu ‘titoli ta' dejn’ (F.3), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment’ (F.52), dejta għall-oqsma fit-tabella ta' hawn taħt jiġu rrapportati minn ICs b'referenza għall-investimenti proprji ta' titoli, fuq bażi annwali. Dawn jiġu rrapportati skont ir-regoli li ġejjin u f'konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II:

(a)

jekk ICs jirrapportaw dejta titolu b'titolu, dejta għall-oqsma 1, 2 u 4 jiġu rrapportati;

(b)

il-BĊN rilevanti jista' jeħtieġ investituri finanzjarji li jappartjenu lil ICs biex jirrapportaw wkoll dejta għall-oqsma 2b u 3;

(c)

jekk ICs jirrapportaw dejta aggregata, dejta għall-oqsma 3 u 4 sa 8 jiġu rrapportati

Qasam

Deskrizzjoni

1

Kodiċi ISIN

2

Numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat

2b

Bażi ta' kwotazzjoni

3

Valur tas-suq

4

Tqassim ġeografiku tad-detentur (pajjiżi taż-ŻEE individwali), pajjiżi mhux taż-ŻEE)

5

Strument:

Titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien qasir (F.31)

Titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien twil (F.32)

Ishma kkwotati (F.511)

Ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment (F.52)

6

Settur jew subsettur tal-emittent:

Bank ċentrali (S.121);

Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għal bank ċentrali (S.122)

Fondi ta' suq tal-flus (S.123)

Fondi ta' investiment ħlief għall-fondi ta' suq tal-flus (S.124)

Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn bl-esklużjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, fondi ta' investiment, korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S.125+S.126+S.127)

Korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (subdiviżjoni ta' S.125)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.128+S.129) (8)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Gvern ġenerali (S.13)

Unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet li ma għandhomx skop ta' qligħ li jservu unitajiet domestiċi (S.14+S.15) (9)

7

Tqassim bil-pajjiż tal-emittent

8

Valuta ta' denominazzjoni ta' titoli


(1)  Meta disponibbli, is-subsetturi ‘gvern ċentrali’ (S.1311), ‘gvern statali’ (S.1312), ‘gvern lokali’ (S.1313) u ‘fondi tas-sigurtà soċjali’ (S.1314) huma rrapportati u identifikati separatament.

(2)  Il-BĊN rilevanti jista' jitlob li aġenti ta' rapportar attwali jidentifikaw separatament is-subsetturi ‘unitajiet domestiċi’ (S.14) u ‘istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lil unitajiet domestiċi’ (S.15).”

(3)  Għal dejta aggregata: numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat li jkollhom l-istess valur ta' prezz (ara l-qasam 4).

(4)  Meta disponibbli, is-subsetturi ‘gvern ċentrali’ (S.1311), ‘gvern statali’ (S.1312), ‘gvern lokali’ (S.1313) u ‘fondi tas-sigurtà soċjali’ (S.1314) huma rrapportati u identifikati separatament.

(5)  Fejn disponibbli, is-subsetturi unitajiet domestiċi (S.14) u istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu l-unitajiet domestiċi (S.15) huma rrapportati u identifikati separatament.

(6)  Fejn disponibbli, is-subsetturi korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) u fondi tal-pensjoni (S.129) huma rrapportati u identifikati separatament.

(7)  Il-BĊN rilevanti jista' jitlob li aġenti ta' rapportar attwali jidentifikaw separatament is-subsetturi ‘unitajiet domestiċi’ (S.14) u ‘istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lil unitajiet domestiċi’ (S.15).”

(8)  Fejn disponibbli, is-subsetturi korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) u fondi tal-pensjoni (S.129) huma rrapportati u identifikati separatament.

(9)  Il-BĊN rilevanti jista' jitlob li aġenti ta' rapportar attwali jidentifikaw separatament is-subsetturi ‘unitajiet domestiċi’ (S.14) u ‘istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lil unitajiet domestiċi’ (S.15).”


ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru1011/2012 (BĊE/2012/24) huwa emendat kif ġej:

1.

it-tabella fil-Parti 1 hija ssostitwita b'dan li ġej:

“Kategorija

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali

1.

Titoli ta' dejn (F.3)

Titoli ta' dejn huma strumenti finanzjarji negozjabbli li jservu bħala evidenza ta' dejn. Titoli ta' dejn għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

data tal-ħruġ li fiha jinħareġ it-titolu tad-dejn;

(b)

prezz tal-ħruġ li bih l-investituri jixtru t-titoli tad-dejn meta jinħarġu l-ewwel darba;

(c)

data ta' fidi jew tal-maturità, li fiha jkun dovut ir-ripagament finali skedat kuntrattwalment tal-prinċipal;

(d)

prezz tal-fidi jew valur nominali, li huwa l-ammont li għandu jitħallas mill-emittent lid-detentur mal-maturità;

(e)

maturità oriġinali, li hija l-perijodu mid-data tal-ħruġ sal-pagament finali skedat kuntrattwalment;

(f)

maturità residwa jew li tibqa', li hija l-perijodu mid-data ta' referenza sal-pagament finali skedat kuntrattwalment;

(g)

rata ta' kupun li l-emittent iħallas lid-detenturi tat-titoli ta' dejn; il-kupun jista' jiġi stabbilit matul il-ħajja tat-titolu ta' dejn jew ivarja bl-inflazzjoni, rati ta' mgħax, jew prezzijiet tal-assi. Kambjali u titoli ta' dejn ta' kupun żero ma joffru l-ebda imgħax b'kupun;

(h)

dati tal-kupun, li fihom l-emittent iħallas il-kupun lid-detenturi tat-titoli;

(i)

il-prezz tal-ħruġ, il-prezz tal-fidi, u r-rata tal-kupun jistgħu jkunu denominati (jew imħallsa) jew fil-munita nazzjonali inkella f'muniti barranin;

Il-klassifikazzjoni ta' kreditu ta' titoli ta' dejn, li tindika l-affidabbiltà kreditizja ta' ħarġiet ta' titoli ta' dejn individwali, tiġi assenjata minn aġenziji rikonoxxuti fuq il-bażi ta' kategoriji ta' klassifikazzjoni.

Fir-rigward tal-punt (c), id-data tal-maturità tista tikkoinċidi mal-konverżjoni ta' titolu ta' dejn f'sehem. F'dan il-kuntest, il-konvertibbiltà tfisser li d-detentur jista' jiskambja titolu tad-dejn mal-ekwità komuni tal-emittent. Skambjabbiltà tfisser li d-detentur jista' jibdel it-titolu ta' dejn ma' ishma ta' korporazzjoni li ma tkunx l-emittent. Titoli perpetwi, li ma jkollhom l-ebda data tal-maturità indikata, huma kklassifikati bħala titoli ta' dejn.

1a.

Titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien qasir (F.31)

It-titoli ta' dejn li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta' sena jew inqas, u titoli ta' dejn ripagabbli fuq talba tal-kreditur.

1b.

Titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien twil (F.32)

Titoli ta' dejn li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta' iżjed minn sena, jew b'maturità mhux indikata.

2.

Ekwità (F.51)

L-ekwità hija assi finanzjarja li hija pretenzjoni fuq il-valur reżidwu ta' korporazzjoni, wara li jkunu ġew sodisfatti l-pretenzjonijiet l-oħrajn kollha. Il-proprjetà ta' ekwità f'entitajiet legali normalment tidher f'ishma, stokks, irċevuti depożitorji, parteċipazzjonijiet, jew dokumenti simili. Ishma u stokks għandu jkollhom l-istess tifsira.

Ekwità hija subkategorizzata f'dawn li ġejjin: ishma kkwotati (F.511); ishma mhux ikkwotati (F0,512); u ekwità oħra (F.519).

2a.

Ishma kkwotati (F.511)

L-ishma kkwotati huma titoli tal-ekwità kkwotati fuq borża. Dik il-borża tista' tkun borża rikonoxxuta jew kwalunkwe forma oħra ta' suq sekondarju. L-ishma kkwotati jissejħu wkoll ishma kkwotati fil-borża. L-eżistenza ta' prezzijiet ikkwotati ta' ishma kkwotati f'borża tfisser li l-prezzijiet attwali tas-suq normalment ikunu faċilment disponibbli.

3.

Ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment (F.52)

L-ishma ta' fondi tal-investiment huma ishma ta' fondi tal-investiment jekk il-fond ikollu struttura korporattiva. Huma magħrufa bħala unitajiet jekk il-fond ikun fiduċjarju. Il-fondi ta' investiment huma impriżi ta' investiment kollettiv li permezz tagħhom l-investituri jiġbru flimkien fondi għall-investiment f'assi finanzjarji u/jew mhux finanzjarji.

Ishma f'fond ta' investiment huma subdiviżi: f'ishma jew unitajiet ta' fond tas-suq monetarju (MMF) (F.521); u f'ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment mhux MMF (F.522).”

2.

it-tabella fil-Parti 2 hija ssostitwita b'dan li ġej:

“Settur

Definizzjoni

1.

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Is-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) jikkonsisti f'unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali indipendenti u produtturi tas-suq, u li l-attività prinċipali tagħhom hija l-produzzjoni ta' oġġetti u servizzi mhux finanzjarji. Dan is-settur jinkludi wkoll kważi korporazzjonijiet mhux finanzjarji.

2.

Il-bank ċentrali (S.121)

Is-subsettur il-bank ċentrali (S.121) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u kważi korporazzjonijiet finanzjarji kollha li l-funzjoni prinċipali tagħhom hija li joħorġu l-valuta, li jżommu l-valur intern u estern tal-valuta u jżommu r-riżervi internazzjonali kollha tal-pajjiż jew parti minnhom.

3.

korporazzjoniet li jaċċettaw depożiti għajr għall-bank ċentrali (S.122)

Is-subsettur tal-korporazzjonijiet li jaċċettaw depożiti ħlief għas-subsettur tal-bank ċentrali (S.122) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-kważi korporazzjonijiet finanzjarji kollha, ħlief għal dawk ikklassifikati fis-subsetturi tal-bank ċentrali u tal-MMF, li huma prinċipalment involuti f'intermedjazzjoni finanzjarja u li n-negozju tagħhom hu li jirċievu d-depożiti u/jew sostituti mill-qrib għal depożiti minn unitajiet istituzzjonali, jiġifieri mhux biss minn IFMs, u, għall-kont proprju tagħhom, japprovaw għoti b'self u/jew jinvestu f'titoli.

4.

Fondi ta' suq tal-flus (MMFs) (S.123)

Is-subsettur MMFs (S.123) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-unitajiet bi status ta' kważi korporazzjoni finanzjarji kollha, ħlief għal dawk ikklassifikati fis-subsetturi tal-bank ċentrali u l-istituzzjonijiet ta' kreditu, li huma involuti prinċipalment f'intermedjazzjoni finanzjarja. In-negozju tagħhom huwa li joħorġu ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment bħala sostituti mill-qrib għal depożiti minn unitajiet istituzzjonali u, f'isimhom, jagħmlu investimenti primarjament fl-ishma/unitajiet MMF, titoli ta' dejn għal żmien qasir, u/jew depożiti.

Fondi ta' investiment MMF ikopru trusts ta' investiment u skemi ta' investiment kollettivi oħrajn li l-ishma jew l-unitajiet tagħhom f'fond ta' investiment tagħhom huma sostituti mill-qrib għal depożiti.

5.

Fondi ta' investiment mhux MMF (S.124)

Is-subsettur fondi ta' investiment mhux MMF (S.124) jikkonsisti mill-iskemi ta' investiment kollha, ħlief dawk ikklassifikati fis-subsettur MMF, li joperaw prinċipalment fl-intermedjazzjoni finanzjarja. In-negozju tagħhom huwa li joħorġu ishma jew unitajiet ta' fondi ta' investiment li mhumiex sostituti mill-qrib għad-depożiti, u li fuq il-kont proprju tagħhom, jagħmlu investimenti primarjament f'assi finanzjarji ħlief għal assi finanzjarji għal perijodu ta' żmien qasir u f'assi li mhumiex finanzjarji (ġeneralment fi proprjetà immobbli). Fondi ta' investiment mhux MMF ikopru trusts ta' investiment, trusts ta' unità u skemi ta' investiment kollettiv oħrajn li l-ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment tagħhom ma humiex ikkunsidrati bħala sostituti mill-qrib għad-depożiti.

6.

Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għall-korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S.125)

Is-subsettur intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi ta' pensjonijiet (S.125) jikkonsisti mill-korporazzjonijiet u l-kważi korporazzjonijiet finanzjarji kollha li joperaw prinċipalment fl-intermedjazzjoni finanzjarja billi jkollhom obbligazzjonijiet f'forom li ma jkunux valuta, depożiti, jew ishma ta' fond ta' investiment, jew fir-rigward skemi ta' assigurazzjoni, ta' pensjoni u ta' garanzija standardizzata minn unitajiet istituzzjonali.

7.

Korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (FVCs)

FVCs huma impriżi li jwettqu tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni. FVCs li jissodisfaw l-kriterji ta' unità istituzzjonali huma kklassifikati fS.125, altrimenti jiġu ttrattati bħala parti integrali tal-impriża prinċipali.

8.

Awżiljari finanzjarji (S.126)

Is-subsettur awżiljarji finanzjarji (S.126) jikkonsisti mill-korporazzjonijiet u kważi korporazzjonijiet kollha finanzjarji li joperaw prinċipalment f'attivitajiet relatati mill-qrib mal-intermedjazzjoni finanzjarja imma li ma humiex intermedjarji finanzjarji huma stess.

9.

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u l-korporazzjonijiet tal-għoti ta' flus b'self (S.127)

Is-subsettur istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa ta' flus (S.127) jikkonsisti mill-korporazzjonijiet u kważi korporazzjonijiet finanzjarji kollha li la joperaw f'intermedjazzjoni finanzjarja u lanqas ma jipprovdu servizzi awżiljarji finanzjarji, u fejn il-parti l-kbira tal-assi jew tal-passiv tagħhom ma jiġux innegożjati fis-swieq miftuħin.

10.

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Is-subsettur korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-kważi korporazzjonijiet kollha li joperaw prinċipalment f'intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza li jgħaqqdu r-riskji l-iktar fforma ta' assigurazzjoni diretta jew riassigurazzjoni.

11.

Fondi tal-pensjoni (S.129)

Is-subsettur tal-fondi ta' pensjonijiet (S.129) jikkonsisti mill-korporazzjonijiet u l-kważi korporazzjonijiet kollha li huma involuti prinċipalment f'intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza li jgħaqqdu r-riskji soċjali u l-ħtiġijiet tal-persuni assigurati (assigurazzjoni soċjali). Fondi tal-pensjoni bħal skemi tal-assigurazzjoni soċjali jipprovdu dħul meta persuna tirtira, u ħafna drabi benefiċċji għal mewt u diżabilità.

12.

Gvern ġenerali (S.13)

Is-settur gvern ġenerali (S.13) jikkonsisti f'unitajiet istituzzjonali li huma produtturi mhux tas-suq li l-produzzjoni tagħhom hija intiża għall-konsum individwali u kollettiv, u huma ffinanzjati bi ħlasijiet obbligatorji magħmulin minn unitajiet li jappartjenu lil setturi oħrajn, u f'unitajiet istituzzjonali li joperaw prinċipalment fir-ridistribuzzjoni tad-dħul u l-ġid nazzjonali.

Is-settur tal-gvern ġenerali huwa mqassam f'erba' sottosetturi: gvern ċentrali (S.1311); gvern statali (S.1312); gvern lokali (S.1313); u fondi tas-sigurtà soċjali (S.1314).

13.

Unitajiet domestiċi (S.14)

Is-settur unitajiet domestiċi (S.14) jikkonsisti f'individwi jew gruppi ta' individwi bħala konsumaturi u bħala imprendituri li jipproduċu oġġetti għas-suq u servizzi mhux finanzjarji u finanzjarji (produtturi għas-suq) sakemm il-produzzjoni tal-oġġetti u servizzi ma tkunx minn entitajiet separati ttrattati bħala kważi korporazzjonijiet. Jinkludi wkoll individwi jew gruppi ta' individwi bħala produtturi ta' prodotti u servizzi mhux finanzjarji li finalment huma għal użu aħħari esklużivament proprju.

14.

Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.15)

Is-settur istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu l-unitajiet domestiċi (S.15) jikkonsisti minn istituzzjonijiet mhux għall-profitt li huma entitajiet ġuridiċi separati, li jservu l-unitajiet domestiċi u huma produtturi mhux tas-suq privati. Ir-riżorsi prinċipali tagħhom huma kontribuzzjonijiet volontarji f'kontanti jew in natura minn unitajiet domestiċi fil-kapaċità tagħhom bħala konsumaturi, minn ħlasijiet magħmulin minn gvernijiet ġenerali u minn dħul mill-propjetà.”

3.

Il-Parti 3 hija emendata kif ġej:

(a)

Is-sentenza li ġejja hija miżjuda mal-paragrafu 2:

“B'mod partikolari, tranżazzjonijiet finanzjarji jinkludu l-kanċellazzjoni ta' dejn bi ftehim reċiproku bejn id-debitur u l-kreditur (il-kanċellazzjoni tad-dejn jew maħfra tad-dejn).”

;

(b)

L-ewwel inċiż tal-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“—

Rivalutazzjonijiet tal-prezz jinkludu tibdil fil-valur ta' pożizzjonijiet fil-perijodu tal-aħħar li jiġru fil-perijodu ta' referenza minħabba tibdil fil-valur ta' referenza li fih huma rreġistrati, jiġifieri qligħ jew telf minn investiment. Jinkludu wkoll bidliet fi pretensjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn deprezzament li jirrifletti l-valuri reali tas-suq ta' pretensjonijiet finanzjarji negozjabbli;”

(c)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.

Tibdil ieħor fil-volum jirreferi għal bidliet fil-volum tal-assi li jista' jkun hemm fuq in-naħa tal-investitur, minħabba kwalunkwe ħaġa li ġejja: (a) bidla fil-kopertura statistika tal-popolazzjoni (jiġifieri r-riklassifikazzjoni u r-ristrutturar ta' unitajiet istituzzjonali (*)); (b) ir-riklassifikazzjoni tal-assi; (c) ir-rapportar ta' żbalji li ġew ikkoreġuti f'dejta rrapportata biss matul medda ta' żmien limitat; (d) it-tħassir jew id-deprezzament ta' dejn mitluf, meta dan ikun fil-forma ta' titoli, minn kredituri; (e) tibdil fir-residenza tal-investitur;

(*)  Pereżempju, fil-każ ta' fużjonijiet u akkwisti l-mogħdija lill-korporazzjoni li tassorbi ta' assi u obbligazzjonijiet finanzjarji li jeżistu bejn il-korporazzjoni assorbita u terzi.”"



Fuq