Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (barra d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati ta’ l-imgħax)

Jannar 2008

Kwistjonijiet operazzjonali

Operazzjonijiet għall-provvista ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Fl-10 ta’ Jannar 2008, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda, flimkien mas-Sistema tar-Riżervi Federali u fil-kuntest tat- Term Auction Facility (TAF), li joffri likwidità addizzjonali f’dollari Amerikani f’Jannar, biex jerġa jikkontribwixxi ħalli jissodisfa l-ħtiġijiet eċċezzjonali għal fondi f’dollari u biex jgħin ħalli l-kondizzjonijiet tas-swieq monetarji jerġgħu lura għan-normal. Dwar dan, ġiet ippubblikata stqarrija għall-istampa fis-sit elettroniku tal-BĊE, fl-10 ta’ Jannar 2008.

Sistemi ta’ Pagament u Infrastruttura tas-Suq

Qafas ta’ sorveljanza għall-iskemi tal-ħlas bil-kards - standards

Fl-4 ta’ Jannar 2008 il-Kunsill Governattiv tal-BĊE approva rapport imsejjaħ “Qafas ta’ sorveljanza għall-iskemi tal-ħlas bil-kards – standards”, li jistabbilixxi l-istandards tas-sorveljanza ta’ l-Eurosistema għall-iskemi tal-ħlas bil-kards imħaddma fiż-żona ta’ l-euro. L-għan ta’ dawn l-istandards hu li jiġi żgurat li l-iskemi tal-ħlas bil-kards jibqgħu żguri u effiċjenti. Ir-rapport, flimkien mal-kummenti li nġabru waqt il-konsultazzjoni pubblika dwar verżjoni preċedenti tar-rapport, ġie ppubblikat illum fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar il-kontroll tar-riproduzzjoni tal-karti tal-flus ta’ l-euro f’Ċipru

Fl-4 ta’ Jannar 2008, fuq talba tal-Ministeru Ċiprijott tal-Kummerċ, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar il-kontroll tar-riproduzzjoni tal-karti tal-flus u muniti euro f’Ċipru (CON/2008/1). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar id-distribuzzjoni tas-setgħat bejn iċ-Česká národní banka u l-Ministeru Ċek tal-Finanzi

Fis-7 ta’ Jannar 2008, fuq talba tal-Ministeru Ċek tal-Finanzi, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar id-distribuzzjoni tas-setgħat bejn iċ-Česká národní banka u l-Ministeru tal-Finanzi biex jippreparaw u jippreżentaw ċerti abbozzi ta’ liġijiet lill-Gvern (CON/2008/2). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-leġiżlazzjoni Ġermaniża dwar il-muniti

Fid-9 ta’ Jannar 2008, fuq talba tal-Ministeru Ġermaniż tal-Finanzi, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar il-leġiżlazzjoni Ġermaniża dwar il-muniti (CON/2008/3). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Governanza korporattiva

Deċiżjoni tal-BĊE dwar kwistjonijiet relatati mad-dħul tas-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta’ Malta fl-Eurosistema.

Fil-31 ta’ Diċembru 2007, il-Kunsill Governattiv adotta Deċiżjoni dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ l-assi barranin tar-riżerva u l-kontribuzzjonijiet tas-Central Bank of Cyprus u tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għar-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2007/22). Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-UE u fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Ftehim tal-BĊE dwar il-klejm tas-Central Bank of Cyprus skond l-Artikolu 30.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ

Fil-31 ta’ Diċembru 2007, il-BĊE u s-Central Bank of Cyprus iffirmaw Ftehim dwar il-klejm ikkreditata lis-Central Bank of Cyprus mill-BĊE skond l-Artikolu 30.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ. Dan il-Ftehim se jiġi ppubblikat dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-UE u fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Ftehim tal-BĊE dwar il-klejm tal-Bank Ċentrali ta’ Malta skond l-Artikolu 30.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ

Fil-31 ta’ Diċembru 2007, il-BĊE u l-Bank Ċentrali ta’ Malta ffirmaw Ftehim dwar il-klejm ikkreditata lil Bank Ċentrali ta’ Malta mill-BĊE skond l-Artikolu 30.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ. Dan il-Ftehim se jiġi ppubblikat dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-UE u fis-sit elettroniku tal-BĊE.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja