Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (minbarra d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati ta’ l-imgħax)
Awwissu 2008
Kwistjonijiet operazzjonali
Miżuri biex tittejjeb il-Faċilità ta’ Rkant Perjodiku tad-dollaru Amerikan (TAF)
Fid-29 ta’ Lulju 2008 il-Kunsill Governattiv iddeċieda, flimkien mal-Federal Reserve, li jtejjeb l-operazzjonijiet li jipprovdu likwidità f’dollari Amerikani billi jiġi stabbilit ċiklu ta’ operazzjonijiet TAF ta’ 84 jum waqt li jkomplu jitmexxew operazzjonijiet b’maturità ta’ 28 jum. L-ammont globali ta’ operazzjonijiet li jipprovdu likwidità f’dollari Amerikani pendenti fil-kuntest tat-TAF ser jibqa’ USD 50 biljun, bl-eċċezzjoni ta’ żieda temporanja ta’ USD 55 biljun fl-ewwel operazzjoni tal-fażi tat-tranżizzjoni. Din id-deċiżjoni tħabbret fi stqarrija għall-istampa maħruġa fit-30 ta’ Lulju 2008 flimkien mal-komunikazzjonijiet magħmulin mill-Federal Reserve u l-Bank Nazzjonali Żvizzeru.
Tiġdid ta’ operazzjonijiet supplimentari għall-finanzjament fuq żmien itwal
Fil-31 ta’ Lujlu 2008, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jġedded iż-żewġ operazzjonijiet supplimentari ta’ tliet xhur għar-rifinanzjament fuq żmien itwal (LTROs) li kienu ġew allokati fil-21 ta’ Mejju 2008 u fil-11 ta’ Ġunju 2008. L-ewwel waħda ser timmatura fl-14 ta’ Awwissu 2008 u t-tieni waħda fil-11 ta’ Settembru 2008 rispettivament. Din il-miżura għandha l-għan li tikkonsolida l-progress li sar sa issa fin-normalizzazzjoni tas-suq tal-flus ta’ l-euro. Din id-deċiżjoni tħabbret fi stqarrija għall-istampa ppubblikata fil-31 ta’ Lulju 2008.
Opinjonijiet dwar legizlazzjoni
Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Awstrijaka fuq l-assigurazzjoni
Fit-18 ta’ Lulju 2008, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Awstrijak, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-introduzzjoni ta’ assigurazzjoni tal-ħajja orjentati fl-investiment u ta’ regoli ta’ kondotta tan-negozju għal kumpaniji tal-assigurazzjoni (CON/2008/30). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.
Opinjoni tal-BĊE dwar l-emendi għall-istatuti tal-Banca Naţională a României
Fil-21 ta’ Lulju 2008, fuq talba tal-Parlament Rumen, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar emendi għall-Istatut tal-Banca Naţională a României (CON/2008/31). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.
Opinjoni tal-BĊE dwar l-iskema Pollakka ghall-harsien tad-depoziti
Fit-23 ta’ Lulju 2008, fuq talba tal-Ministeru Pollakk tal-Finanzi, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar emendi relatati mat-tmexxija, is-superviżjoni u l-mod ta' finanzjar ta' l-iskema ta' protezzjoni ta' depożiti, partikolarment rigward il-parteċipazzjoni tan-Narodowy Bank Polski (CON/2008/32). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.
Opinjoni tal-BĊE fuq it-twaqqif ta’ kumitat ta’ verifika tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique
Fil-31 ta’ Lulju 2008, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Belġjan, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar it-twaqqif tal-kumitat ta’ l-awdituri tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (CON/2008/33). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.
Opinjoni tal-BĊE dwar l-indipendenza finanzjarja ta’ l-iSveriges Riksbank
Fl-4 ta’ Awwissu 2008, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Svediż, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-indipendenza finanzjarja ta’ l-iSveriges Riksbank (CON/2008/34). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.
Opinjoni tal-BĊE fuq it-tmiem tal-munita 25-øre Daniża bħala valuta legali
Fl-4 ta’ Awwissu 2008, fuq talba tal-Ministeru Daniż ta’ l-Affarijiet Ekonomiċi u tan-Negozju, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-irtirar tal-munita bl-iżgħar denominazzjoni bħala valuta legali (CON/2008/35). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.
Opinjoni tal-BĊE fuq leġiżlazzjoni Latvjana fuq il-karti tal-flus u l-muniti
Fil-5 ta’ Awwissu 2008, fuq talba tal-Latvijas Banka, il-Kunsill Governattivi adotta Opinjoni dwar leġiżlazzjoni dwar il-karti tal-flus u l-muniti (CON/2008/36). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.
Opinjoni tal-BĊE dwar l-emendi għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-finalità tas-settlement f’sistemi ta’ ħlas u ta’ settlement ta’ titoli u dwar l-arranġamenti tal-garanziji finanzjarji
Fis-7 ta’ Awwissu 2008, fuq talba tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-emenda tad-Direttiva dwar il-finalità tas- settlement f’sistemi ta’ ħlas u ta’ settlement ta’ titoli u tad-Direttiva dwar l-arranġamenti tal-garanziji finanzjarji fir-rigward ta’ sistemi linked u talbiet ta’ kreditu (CON/2008/37). Din l-Opinjoni se tiġi ppubblikata dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-UE u fis-sit elettroniku tal-BĊE
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja