Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (minbarra d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Novembru 2009

Kwistjonijiet operazzjonali

Rekwiżiti għall-klassifika ta’ titoli assigurati b’assi fl-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema

Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jemenda r-rekwiżiti għall-klassifika ta’ titoli assigurati b’assi (ABSs). Għall-ABSs kollha li jinħarġu mill-1 ta’ Marzu 2010, l-Eurosistema se titlob għall-inqas żewġ klassifiċi mingħand istituzzjonijiet esterni li jikklassifikaw il-kreditu. Biex tiddeċiedi dwar l-eliġibilità ta’ dawn l-ABSs, l-Eurosistema se tapplika r-regola ta’ “it-tieni fil-klassifika”, jiġifieri mhux biss l-aħjar fil-klassifika, iżda wkoll it-tieni fil-klassifika disponibbli jridu jikkonformaw mal-istandard minimu applikabbli għall-ABSs (għal iżjed dettalji, ara l-istqarrija għall-istampa tal-20 ta’ Jannar 2009). Mill-1 ta’ Marzu 2011, se jiġu applikati għall-ABSs kollha, kemm ir-regola tat-tieni fil-klassifika kif ukoll ir-rekwiżit ta’ mill-inqas żewġ klassifiċi, mingħajr ma jingħata kas tad-data tal-ħruġ tagħhom. Dwar dan is-suġġett illum ġiet ippubblikata stqarrija għall-istampa fil-websajt tal-BĊE.

Sistemi ta’ pagament u l-Infrastruttura tas-suq

Rapport tal-Eurosistema dwar is-Sorveljanza 2009

Fit-30 ta’ Ottubru 2009, il-Kunsill Governattiv approva l-ewwel Rapport tal-Eurosistema dwar is-Sorveljanza, li jfittex li jgħarraf lill-awtoritajiet pubbliċi, lill-fornituri tal-infrastrutturi tas-suq u l-parteċipanti tagħhom, kif ukoll lill-pubbliku ġenerali, dwar il-prestazzjoni tal-funzjoni tas-sorveljanza tal-Eurosistema u l-istima tal-Eurosistema dwar is-sigurtà u l-istabbiltà tal-infrastrutturi taż-żona tal-euro għall-pagamenti, l-ikklerjar u s-saldu. L-għan hu li titqajjem kuxjenza dwar l-iżviluppi f’dawn l-infrastrutturi u r-rwol tal-Eurosistema fil-monitoraġġ ta’ żviluppi tali u biex jiġu indirizzati riskji u ineffiċjenzi potenzjali. Ir-rapport ġie ppubblikat fil-websajt tal-BĊE fit-12 ta’ Novembru 2009 .

L-istabbiltà finanzjarja u s-superviżjoni

Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja – Diċembru 2009

Fid-19 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill Governattiv awtorizza l-pubblikazzjoni tar-“Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja – Diċembru 2009”. L-analiżi tagħti stima komprensiva tal-kapaċità tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro biex tassorbi t-taqlib, u jeżamina s-sorsi ewlenin tar-riskji u l-vulnerabbiltà li jistgħu jippreġudikaw l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Ir-rapport se jiġi ppubblikat fil-websajt tal-BĊE sa nofs Diċembru 2009.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar l-estensjoni tal-appoġġ tat-Teżor Pollakk għall-istituzzjonijiet finanzjarji

Fit-23 ta' Ottubru 2009, fuq talba tal-Ministru tal-Finanzi Pollakk, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar estensjoni tal-appoġġ tat-Teżor Statali għall-istituzzjonijiet finanzjarji (CON/2009/82). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar id-distribuzzjoni tal-qligħ tal-Lietuvos bankas

Fl-14 ta' Ottubru 2009, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Litwan, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar id-distribuzzjoni tal-qligħ tal-Lietuvos bankas (CON/2009/83). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar is-superviżjoni tas-servizzi tal-ikklerjar u s-saldu mid-De Nederlandsche Bank

Fis-26 ta’ Ottubru 2009, fuq inizjattiva tiegħu stess, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar is-superviżjoni tas-servizzi tal-ikklerjar u s-saldu mid-De Nederlandsche Bank (CON/2009/84). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni dwar l-indipendenza tan-Národná banka Slovenska

Fis-27 ta’ Ottubru 2009, fuq talba tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-indipendenza tan-Národná banka Slovenska (CON/2009/85). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri Awstrijaċi għat-titjib tal-likwidità u ż-żieda fil-kompetittività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Fit-28 ta' Ottubru 2009, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Awstrijak, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar miżuri għat-titjib tal-likwidità u ż-żieda fil-kompetittività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (CON/2009/86). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar estensjoni taż-żmien sa meta jistgħu jiġu ppreżentati ċerti karti tal-flus biex jiġu mibdula fl-Ungerija

Fid-29 ta’ Ottubru 2009, fuq talba tal-Magyar Nemzeti Bank, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar estensjoni taż-żmien sa meta jistgħu jiġu ppreżentati ċerti karti tal-flus biex jiġu mibdula (CON/2009/87). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Komunitarja relatata ma' superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja u t-twaqqif u l-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

Fis-26 ta’ Ottubru 2009, fuq talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ superviżjoni Komunitarja makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja u t-twaqqif ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tinkariga lill-BĊE b’kompiti speċifiċi marbuta mal-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (CON/2009/88). L-Opinjoni ġiet ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE fil-11 ta’ Novembru 2009 u hi disponibbli wkoll fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-kompożizzjoni tal-Bord tas-Central Bank and Financial Services Authority tal-Irlanda u s-sħubija tal-Awtorità Regolatorja Irlandiża għas-Servizzi Finanzjarji

Fl-4 ta’ Novembru 2009, fuq talba tal-Ministru tal-Finanzi Irlandiż, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Bord tas-Central Bank and Financial Services Authority tal-Irlanda u s-sħubija tal-Awtorità Regolatorja Irlandiża għas-Servizzi Finanzjarji (CON/2009/89). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-klassifikazzjoni tal-preferenza tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

Fl-4 ta’ Novembru 2009, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Belġjan, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-preferenza tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (CON/2009/90). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-pożizzjoni tal-Komunità fir-rigward ta’ ftehim monetarju mal-Belt Stat tal-Vatikan u mar-Repubblika ta’ San Marino

Fil-5 ta’ Novembru 2009, fuq talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar rakkomandazzjonijiet għal deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea fir-rigward tan-negozjar mill-ġdid tal-ftehim monetarju mal-Belt Stat tal-Vatikan u dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea fir-rigward tan-negozjar mill-ġdid tal-ftehim monetarju mar-Repubblika ta’ San Marino (CON/2009/91). Din l-Opinjoni se tiġi ppubblikata dalwaqt bil-lingwi kollha fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar regoli Litwani li jimplimentaw il-liġi dwar l-istabbiltà finanzjarja

Fit-12 ta' Novembru 2009, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Litwan, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar kondizzjonijiet u proċeduri għall-applikazzjoni tal-miżuri għat-tisħiħ tal-istabbiltà finanzjarja (CON/2009/93). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Komunitarja fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kapital

Fit-12 ta’ Novembru 2009, fuq talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE fir-rigward tar-rekwiżiti kapitali għall-kotba tan-negozju u għar-rititolizzazzjoni, u l-analiżi superviżorja tal-politika tar-remunerazzjoni (CON/2009/94). L-Opinjoni se tiġi ppubblikata dalwaqt fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Komunitarja fir-rigward tal-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u l-maniġġ ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni

Fis-16 ta’ Novembru 2009, fuq talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill fir-rigward tal-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u l-maniġġ ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni (CON/2009/95). Din l-Opinjoni se tiġi ppubblikata dalwaqt fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar it-tisrif tal-garanzija mogħtija lill-Banco de España

Fis-16 ta’ Novembru 2009, fuq talba tas-Segretarju tal-Istat Spanjol għall-Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar it-tisrif tal-garanzija mogħtija lill-Banco de España, lil banek ċentrali nazzjonali oħra tal-Istati Membri jew lill-Bank Ċentrali Ewropew fil-qadi ta' dmirijiethom (CON/2009/96). Din l-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja