Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (żieda mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

April 2015

EMBARGO

M’GĦANDHIEX TIXXANDAR QABEL it-3 p.m. CET tas-17 ta’ April 2015

Operazzjonijiet tas-suq

Emendi għal-lista tal-aġenziji eliġibbli biex jipparteċipaw fil-PSPP

Fil-15 ta’ April 2015 il-Kunsill Governattiv approva l-emendi għall-ewwel lista ta’ aġenziji li jinsabu fiż-żona tal-euro u li joħorġu titoli eliġibbli għall-Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku (PSPP). Il-lista tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Sistemi ta’ ħlas u infrastruttura tas-suq

Evalwazzjoni ad hoc ta’ link mal-istandards għall-użu ta’ sistemi ta’ ħlas ta’ titoli fl-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema

Fis-27 ta’ Marzu 2015 il-Kunsill Governattiv approva l-eliġibbiltà tal-link diretta minn Euroclear Bank għal Euroclear Finland għall-użu fl-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema. Il-lista sħiħa tal-links eliġibbli tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Linja Gwida tal-BĊE li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2)

Fit-2 ta’ April 2015 il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida BĊE/2015/15 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2).

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar il-qafas legali għal Narodowy Bank Polski

Fl-10 ta’ Marzu 2015 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2015/9 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Polonja.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar indiċijiet armonizzati ta’ prezzijiet għall-konsumatur u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2494/95

Fit-13 ta’ Marzu 2015 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2015/10 wara talba mill-Parlament Ewropew.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-qafas legali għal bonds koperti u banek ipotekarji fil-Polonja

Fl-20 ta’ Marzu 2015 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2015/11 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Polonja.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-qafas legali tal-medjatur tal-kreditu fil-Portugall

Fl-24 ta’ Marzu 2015 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2015/12 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Portugall.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-riforma ta’ banek kooperattivi (banche popolari) fl-Italja

Fil-25 ta’ Marzu 2015 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2015/13 wara talba mill-Ministeru għall-Ekonomija u l-Finanzi tal-Italja.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-projbizzjoni tal-irkant ta’ residenzi prinċipali fil-Greċja

Fl-10 ta’ April 2015 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2015/14 wara talba mill-Ministeru tal-Ekonomija, Infrastruttura, Affarijiet Marittimi u Turiżmu tal-Greċja.

Statistika

Rapport tal-2014 dwar il-kwalità tal-istatistika

Fl-20 ta’ Marzu 2015 il-Kunsill Governattiv approva l-evalwazzjoni annwali tad-disponibbiltà u l-istandard tal-kwalità ta’ diversi tipi ta’ statistika li jiġu kkompilati mill-Eurosistema abbażi ta’ att legali tal-BĊE. Huwa awtorizza wkoll il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-2014 dwar il-kwalità tal-istatistika monetarja u finanzjarja taż-żona tal-euro. Ir-rapport, li sar skont il-Qafas tal-BĊE għall-Kwalità tal-Istatistika, se jiġi ppubblikat fil-websajt tal-BĊE.

Lista tal-ewwel grupp ta’ aġenti tar-rappurtar ikklassifikati skont ir-Regolament BĊE/2014/48

Fil-25 ta’ Marzu 2015 il-Kunsill Governattiv approva l-lista tal-ewwel grupp ta’ aġenti tar-rappurtar ikklassifikati bħala tali skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament BĊE/2014/48 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2015. Il-lista tal-aġenti tar-rappurtar magħżulin se tiġi ppubblikata fil-websajt tal-BĊE.

Governanza korporattiva

Rakkomandazzjoni tal-BĊE lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Deutsche Bundesbank

Fis-27 ta’ Marzu 2015 il-Kunsill Governattiv adotta r-Rakkomandazzjoni BĊE/2015/14 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Deutsche Bundesbank. Ir-Rakkomandazzjoni se tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.

Superviżjoni bankarja

Rapport Annwali dwar l-attivitajiet superviżorji

Fl-24 ta’ Marzu 2015 il-Kunsill Governattiv adotta r-Rapport Annwali tal-BĊE dwar l-attivitajiet superviżorji u awtorizza t-trażmissjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, l-Eurogrupp, il-Kummissjoni Ewropea u l-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti. Ir-rapport jinsab fil-websajt tal-BĊE.

Deċiżjoni dwar in-natura sinifikanti ta’ DePfa Bank plc

Fl-20 ta’ Marzu 2015 il-Kunsill Governattiv ħa d-deċiżjoni li ma joġġezzjonax għal proposta tal-Bord Superviżorju li DePfa Bank plc jitqies bħala istituzzjoni inqas sinifikanti, skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament BĊE/2014/17 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU).

Deċiżjoni dwar aċċess pubbliku għal dokumenti tal-BĊE fil-pussess tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

Fis-27 ta’ Marzu 2015 il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni BĊE/2015/16 dwar aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-pussess tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li tistabbilixxi qafas biex jintbagħtu talbiet għal aċċess u tikkomplementa r-reġim ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti tal-BĊE stipulat fid-Deċiżjoni BĊE/2004/3.

Deċiżjoni tal-BĊE dwar l-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali għall-ewwel perjodu tariffarju u għall-2015

Fl-10 ta’ April 2015 il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni BĊE/2015/7 dwar l-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali għall-ewwel perjodu tariffarju u għall-2015. L-ammont totali tan-nefqa annwali kkalkulata għall-2015 li għandu jinġabar permezz tat-tariffi superviżorji huwa ta’ EUR 296.0 miljun, li flimkien man-nefqa attwali ta’ EUR 30.0 miljun għall-aħħar xahrejn tal-2014 jirriżulta f’tariffi totali ta’ EUR 326.0 miljun li se jiġu imposti.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja