Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (minbarra d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Lulju 2018

Operazzjonijiet tas-suq

Kalendarji indikattivi tal-operazzjonijiet regolari b’offerta u l-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema

Fil-5 ta’ Lulju 2018 il-Kunsill Governattiv approva l-kalendarji indikattivi tal-operazzjonijiet regolari b’offerta u l-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema għall-2019. Ġew ipprovduti dettalji fi stqarrija għall-istampa dwar dan li ġew ippubblikati fil-websajt tal-BĊE fil-11 ta’ Lulju 2018.]

.

Opinjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-regolamentazzjoni tan-negozju tas-sjieda tal-kreditu fl-Irlanda

Fil-5 ta’ Lulju 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/31 wara talba tal-President tal-Oireachtas (il-Parlament Nazzjonali Irlandiż) Kimutat Konġunt dwar il-Finanzji, in-Nefqa Pubblika u r-Riforma u t-Taoiseach (il-Prim Ministru Irlandiż).

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal regolament fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi

Fit-12 ta’ Lulju 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2013/32 wara talba tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal regolament dwar il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet

Fl-18/07/2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/33.

Governanza korporattiva

Rakkomandazzjoni tal-BĊE lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije

Fis-6 ta’ Lulju 2018 il-Kunsill Governattiv adotta r-Rakkomandazzjoni BĊE/2015/18 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije. Ir-Rakkomandazzjoni se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.

Superviżjoni bankarja

Pubblikazzjoni tar-rapport tal-BĊE dwar pjanijiet ta' rkupru

Fid-29 ta' Ġunju 2018 il-Kunsill Governattiv ma oġġezzjonax għal proposta mill-Bord ta' Superviżjoni biex jippubblika r-rapport tal-BĊE dwar pjanijiet ta' rkupru. Ir-rapport jinsab fis-sit tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.

Tħabbir ta' passi ulterjuri fl-approċċ superviżorju għall-istokk tal-NPLs fiż-żona tal-euro

Fis-6 ta' Lulju 2018 il-Kunsill Governattiv ma oġġezzjonax għal proposta mill-Bord ta' Superviżjoni dwar passi ulterjuri fl-approċċ superviżorju biex jiġi indirizzat l-istokk ta' self mhux produttiv (NPLs) fiż-żona tal-euro. L-approċċ isegwi l-ħidma li diġà ttieħdet f'dan il-qasam, jiġifieri l-istrateġiji ta' tnaqqis tal-NPLs tal-banek, u l-addendum għall-provvediment għal NPLs ġodda. Jikkostitwixxi qafas konsistenti biex jindirizza l-istokk ta' NPLs bħala parti mid-djalogu superviżorju permezz ta' aspettattivi superviżorji speċifiċi għall-bank immirati biex jiksbu provvediment adegwat ta' NPLs ta' qabel u b'hekk jikkontribwixxu għar-reżiljenza tas-sistema bankarja taż-żona tal-euro b'mod ġenerali. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq il-websajt tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja