Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Finanzjarju Konsolidat ta' l-Eurosistema tat-22 ta' Diċembru 2006

28 ta' Diċembru 2006

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-22 ta’ Diċembru 2006, it-tnaqqis ta’ EUR 41 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel bank ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004) u xiri nett minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema fi flus barranin (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv barra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.6 biljun għal EUR 152.2 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 78 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 14.1 biljun għal EUR 628 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 12.1 biljun għal EUR 32.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lil istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv barra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 1.5 biljun għal EUR 441.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Diċembru 2006, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  320 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 321.5 biljun. Nhar il-Ħamis, 21 ta’ Diċembru 2006, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perjodu ta’ żmien itwal ta’ EUR 40 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 40 biljun.

Ir-rikors kemm għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kif ukoll għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien prattikament xejn, u dan ifisser li bejn wieħed u ieħor baqa’ l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel.

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.9 biljun għal EUR 177.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 174,015 −41
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 146,966 3,388
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 10,987 −185
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
135,979 3,573
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 22,865 −2,346
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,550 314
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 11,550 314
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 441,498 1,498
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 321,498 1,497
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 120,000 1
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,797 383
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 77,984 −402
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 39,912 −15
9 Assi oħra 216,734 1,288
Assi Totali 1,142,321 4,067
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 628,011 14,121
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 177,226 947
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 177,196 937
2.2 Faċilità ta’ depożitu 29 10
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 87 3
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,510 −13,433
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 32,153 −12,118
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,357 −1,315
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,948 786
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 88 1
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,856 1,632
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,856 1,632
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,701 0
10 Passiv ieħor 73,561 −5
11 Kont tar-rivalutazzjoni 123,721 0
12 Kapitali u riżervi 64,612 15
Total tal-passiv 1,142,321 4,067
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja