Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tas-16 ta' Marzu 2007

20 ta' Marzu 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-16 ta’ Marzu 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 256 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 145.3 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal-EUR 87.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 609.2 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.6 biljun għal EUR 37.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 8.3 biljun għal EUR 411.1 biljun. Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Marzu 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  280 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 271.5 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), u r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ukoll prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 3.2 biljun għal EUR 181.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 176,185 −256
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 140,244 −1,381
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,894 −88
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
130,350 −1,293
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 22,742 602
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,495 11
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,495 11
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 411,503 −8,498
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 271,501 −8,500
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 140,000 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1 1
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,482 −137
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 87,663 873
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 39,317 0
9 Assi oħra 223,366 −1,043
Assi Totali 1,129,997 −9,829
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 609,192 −586
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 182,225 3,070
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 181,869 3,221
2.2 Faċilità ta’ depożitu 33 −41
2.3 Depożiti fissi 323 −110
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 111 2
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 45,701 −6,622
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 37,196 −6,593
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,505 −29
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,145 −245
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 156 −8
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,899 −1,028
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,899 −1,028
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,611 0
10 Passiv ieħor 67,721 −4,431
11 Kont tar-rivalutazzjoni 121,990 0
12 Kapitali u riżervi 67,246 19
Total tal-passiv 1,129,997 −9,829
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja