Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tad-19 ta' Ottubru 2007

23 ta' Ottubru 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fid-19 ta’ Ottubru 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 126 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 141.8 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.8 biljun għal-EUR 95.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.9 biljun għal EUR 638.7 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.8 biljun għal EUR 54.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 17.4 biljun għal EUR 435.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Ottubru 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  218 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 171 biljun. Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Ottubru 2007, immaturat operazzjoni ta’ rfinar għall-assorbiment tal-likwidità, li saret fil-forma ta’ ġbir ta’ depożiti fissi ta’ EUR 30 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il -partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.3 biljun tal-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 8.8 biljun għal EUR 192.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 185,849 −126
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 146,648 3,245
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,302 −56
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
137,346 3,301
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 20,538 −2,814
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,020 829
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,020 829
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 436,005 −47,001
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 171,000 −47,001
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 265,004 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,155 62
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 95,791 −849
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,122 0
9 Assi oħra 295,199 6,863
Assi Totali 1,249,327 −39,791
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 638,698 −1,912
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 193,512 −38,445
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 192,790 −8,836
2.2 Faċilità ta’ depożitu 708 392
2.3 Depożiti fissi 0 −30,001
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 14 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 141 2
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 61,634 −2,881
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 54,379 −2,763
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,255 −118
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 25,153 125
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 336 43
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,667 569
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 19,667 569
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,398 0
10 Passiv ieħor 104,833 2,707
11 Kont tar-rivalutazzjoni 131,060 0
12 Kapitali u riżervi 68,895 1
Total tal-passiv 1,249,327 −39,791
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja