Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tat-30 ta’ Jannar 2009

3 ta' Frar 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-30 ta’ Jannar 2009, iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet ix-xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 38.1 biljun għal EUR 315 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 29 ta’ Jannar 2009, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 70.8 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 23.9 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Fl-istess jum, immaturat transazzjoni rriversjata oħra ta’ USD 60.3 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 61.5 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Nhar il-Ħamis ukoll, 29 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/USD, ta’ USD 0.7 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 0.6 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem u, immaturat operazzjoni oħra swap ta’ kambju barrani EUR/USD, ta’ USD 0.7 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Dawn iż-żewġ operazzjonijiet swap f’kambju barrani ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. It-transazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 28.3 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 28.5 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 1.1 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 283 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 740.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 120.3 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 60.4 biljun għal EUR 583.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 251.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 214.1 biljun. Nhar il-Ħamis, 29 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perijodu itwal ta’ EUR 103.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 43.2 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 4.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 164.9 biljun (meta mqabbel ma’ 198.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 51.2 biljun għal EUR 200.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 218,320 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 159,179 −2,558
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 13,172 −45
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
146,008 −2,512
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 171,214 −34,734
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,532 −292
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,532 −292
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 748,324 −94,083
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 214,860 −37,365
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 528,617 −59,915
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 4,836 3,262
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 11 −65
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 33,509 −1,419
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 282,982 1,016
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,439 0
9 Assi oħra 233,480 −751
Assi Totali 1,906,979 −132,820
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 740,264 294
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 365,607 −84,855
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 200,534 −51,165
2.2 Faċilità ta’ depożitu 164,935 −33,739
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 138 49
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 409 −23
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 127,770 −2,787
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 120,329 −1,540
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,440 −1,247
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 232,203 −47,984
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,828 462
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,123 353
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,123 353
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,446 0
10 Passiv ieħor 177,593 1,708
11 Kont tar-rivalutazzjoni 176,589 0
12 Kapitali u riżervi 71,149 11
Total tal-passiv 1,906,979 −132,820
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja