Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-31 ta’ Lulju 2009

4 ta' Awissu 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-31 ta’ Lulju 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 6 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.8 biljun għal EUR 198.2 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
29 ta’ Lulju 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 20.5 biljun CHF 18.9 biljun
30 ta’ Lulju 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 42.4 biljun USD 39.8 biljun
30 ta’ Lulju 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 28 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.2 biljun USD 0.1 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titli oħra minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 302.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.3 biljun għal EUR 772.8 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 15.5 biljun għal EUR 141.6 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 27.5 biljun għal EUR 567 biljun. Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Lulju 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  88.3 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 94.8 biljun. Nhar il-Ħamis, 30 ta’ Lulju 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perijodu itwal ta’ EUR 30.2 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 9.5 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 208.7 biljun (meta mqabbel ma’ 195.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 4.2 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fil-31 ta’ Lulju 2009.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 8.4 biljun għal EUR 186.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 232,120 −6
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 159,614 −12
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 17,108 268
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
142,506 −280
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 61,226 −1,413
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,712 −1,235
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,712 −1,235
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 775,730 −14,117
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 94,780 6,507
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 680,780 −20,676
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 151 55
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 19 −3
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 24,301 312
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 306,611 992
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 4,232 1,332
7.2 Titoli oħra 302,379 −340
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,230 0
9 Assi oħra 239,548 1,723
Assi Totali 1,854,093 −13,756
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 772,801 4,356
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 394,844 5,033
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 186,105 −8,388
2.2 Faċilità ta’ depożitu 208,737 13,422
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 3 −1
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 298 38
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 151,699 −15,545
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 141,649 −15,525
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 10,050 −20
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 98,261 −8,767
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,207 −1,218
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,993 1,606
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 13,993 1,606
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,436 0
10 Passiv ieħor 152,799 742
11 Kont tar-rivalutazzjoni 187,797 0
12 Kapitali u riżervi 72,958 −1
Total tal-passiv 1,854,093 −13,756
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja