Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-4 ta’ Settembru 2009

8 ta' Settembru 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-4 ta’ Settembru 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 31 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 194.4 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
2 ta’ Settembru 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 15.5 biljun CHF 15.3 biljun
3 ta’ Settembru 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 42.1 biljun USD 41.6 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli oħra minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 305.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.8 biljun għal EUR 770 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) baqgħu prattikament l-istess, jiġifieri EUR 134.6 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 3 biljun għal EUR 566.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Settembru 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  77.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 72.1 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 140.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 142.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 10.2 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fl-4 ta’ Settembru 2009.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 3.4 biljun għal EUR 199.6 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 232,081 −31
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 196,250 −999
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 58,009 65
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
138,241 −1,064
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 58,918 −366
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,999 −359
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,999 −359
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 706,663 −5,448
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 72,086 −5,444
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 634,429 6
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 74 −35
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 74 24
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,335 1,241
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 315,423 2,332
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 10,224 1,436
7.2 Titoli oħra 305,199 896
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,230 0
9 Assi oħra 233,588 1,746
Assi Totali 1,819,488 −1,884
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 770,013 2,846
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 339,684 −5,843
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 199,572 −3,368
2.2 Faċilità ta’ depożitu 140,108 −2,469
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 4 −6
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 164 −55
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 145,287 32
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 134,635 35
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 10,653 −3
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 94,068 677
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,768 −1,653
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,714 477
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,714 477
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 46,286 0
10 Passiv ieħor 148,747 1,635
11 Kont tar-rivalutazzjoni 187,797 0
12 Kapitali u riżervi 72,958 0
Total tal-passiv 1,819,488 −1,884
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja