Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-11 ta’ Ġunju 2010

15 ta' Ġunju 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-11 ta’ Ġunju 2010, it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ nett ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.6 biljun għal EUR 172.7 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 302.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 809.7 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.3 biljun għal EUR 122.5 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-ħames partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 35.9 biljun għal EUR 404.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 9 ta’ Ġunju 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  117.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 122 biljun. Fl-istess data, immaturaw depożiti f’ammont ta’ EUR 35 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 40.5 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 10 ta’ Ġunju 2010 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 1.7 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.4 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 384.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 350.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 7.6 biljun għal EUR 103.7 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 6.7 biljun skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 0.9 biljun skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti denominati f’euro.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 33.5 biljun għal EUR 137.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 286,691 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 213,657 637
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 69,375 −65
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
144,282 702
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,591 −113
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,033 −810
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,033 −810
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 829,523 2,946
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 122,039 4,312
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 707,076 −1,728
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 367 359
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 41 4
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,451 2,877
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 406,461 5,812
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 103,733 7,554
7.2 Titoli oħra 302,729 −1,743
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,576 0
9 Assi oħra 249,141 −2,730
Assi Totali 2,107,126 8,618
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 809,744 302
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 562,610 5,353
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 137,814 −33,511
2.2 Faċilità ta’ depożitu 384,260 33,359
2.3 Depożiti fissi 40,500 5,500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 36 6
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 723 110
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 130,605 5,234
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 122,484 5,329
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,122 −95
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,146 506
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,092 −1,093
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,434 2,170
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 15,434 2,170
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,033 0
10 Passiv ieħor 165,611 −4,572
11 Kont tar-rivalutazzjoni 249,205 0
12 Kapitali u riżervi 77,922 608
Total tal-passiv 2,107,126 8,618
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja