Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-22 ta’ April 2011

27 ta' April 2011

Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-22 ta’ April 2011 it-tnaqqis ta’ EUR 3 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2009).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv li minnhom jitnaqqsu l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.7 biljun għal EUR 175 biljun minħabba tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 335.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 6.7 biljun għal EUR 837.6 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9 biljun għal EUR 66.8 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 1 biljun għal EUR 332.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 20 ta’ April 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  94.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 97.4 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 77 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 76 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 13.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 10 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) naqsu b’biss EUR 3 miljun, għalhekk baqgħu virtwalment kif kienu fil-livell ta' EUR 136.6 biljun. Dan it-tnaqqis żgħir seħħ minħabba li mmaturaw titoli mixtrija skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fit-22 ta’ April 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 76.1 biljun u EUR 60.5 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 18 biljun għal EUR 204.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 350,668 −3
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 218,059 −1,215
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,237 −7
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
143,822 −1,208
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,510 −93
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,157 −1,737
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 23,157 −1,737
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 421,478 3,069
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 97,372 3,238
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 324,042 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 31 −170
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 33 1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 44,871 1,413
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 471,916 1,494
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 136,595 −3
7.2 Titoli oħra 335,321 1,497
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,085 0
9 Assi oħra 299,138 −62
Assi Totali 1,887,882 2,865
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 837,626 6,685
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 293,715 −15,858
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 204,468 −17,959
2.2 Faċilità ta’ depożitu 13,104 3,105
2.3 Depożiti fissi 76,000 −1,000
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 143 −4
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,253 105
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 74,645 9,089
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 66,787 8,988
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,858 101
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 42,312 846
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 959 10
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,044 358
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 13,044 358
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,613 0
10 Passiv ieħor 180,444 1,630
11 Kont tar-rivalutazzjoni 305,890 0
12 Kapitali u riżervi 81,379 0
Total tal-passiv 1,887,882 2,865
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja