Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-5 ta’ Awwissu 2011

9 ta' Awissu 2011

Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-5 ta’ Awwissu 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet kważi l-istess, jiġifieri ta’ EUR 177.8 biljun, minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

It-titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati fl-euro/titoli oħrajn (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b'EUR 14.5 biljun u l- assi oħrajn (il-partita 9 tal-attiv) żdiedu bi EUR 17.3 biljun, l-aktar minħabba r-riklassifikazzjoni tal-kontijiet li saret minn bank ċentrali tal-Eurosistema. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 857.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 35.4 biljun għal EUR 54.0 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 77.6 biljun għal EUR 295.1 biljun. Nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Awwissu 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 164.2 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 172.0 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 74.0 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien kważi xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 134.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 49.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 133.7 biljun. Dan it-tnaqqis seħħ minħabba li nfdew titoli mixtrija skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fil-5 ta’ Awwissu 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 74.0 biljun u EUR 59.7 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 48.5 biljun għal EUR 159.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 363,250 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 216,531 −1,169
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 75,890 −34
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
140,641 −1,135
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 25,506 1,558
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,138 1,289
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 23,138 1,289
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 505,125 7,754
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 172,021 7,821
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 333,075 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 −28
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 29 −39
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 50,860 −8,388
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 469,787 −14,568
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 133,694 −45
7.2 Titoli oħra 336,092 −14,523
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,944 0
9 Assi oħra 316,150 17,343
Assi Totali 2,004,290 3,819
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 857,564 1,826
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 369,848 36,932
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 159,814 −48,471
2.2 Faċilità ta’ depożitu 134,825 84,957
2.3 Depożiti fissi 74,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1,209 446
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,478 1,323
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 62,481 −34,925
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 54,034 −35,421
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,447 496
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 39,123 −1,035
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,512 −44
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,597 444
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,597 444
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,170 0
10 Passiv ieħor 206,380 −703
11 Kont tar-rivalutazzjoni 316,657 0
12 Kapitali u riżervi 81,480 0
Total tal-passiv 2,004,290 3,819
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja