Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-16 ta’ Settembru 2011

20 ta' Settembru 2011

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta’ Settembru 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 1 biljun għal EUR 177.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-ftuħ Tip ta’ tranżazzjoni Ammont ġdid
15 ta’ Settembru 2011 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.6 biljun

It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 335.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 852.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 5.4 biljun għal EUR 40.3 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied bi EUR 78.5 biljun għal EUR 270 biljun. Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Settembru 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 115.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 163.8 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 75.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 54.2 biljun. Nhar l-Erbgħa wkoll, immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 129 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 143 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.2 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 111.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 181.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 9.6 biljun għal EUR 212-il biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għar-riżultat nett tal-ħlas lura ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tat-titoli mifdija skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta’ Settembru 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 152.7 biljun u EUR 59.4 biljun rispettivament. Dawn iż-żewg portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 102.3 biljun għal EUR 241.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 363,249 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 213,907 −428
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,177 537
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
136,730 −965
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 29,754 670
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,846 1,068
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,846 1,068
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 534,638 27,119
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 163,768 48,359
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 369,636 −22,419
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,215 1,196
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 19 −17
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 52,229 4,205
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 547,128 7,910
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 212,022 9,598
7.2 Titoli oħra 335,106 −1,688
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,949 4
9 Assi oħra 339,021 7,809
Assi Totali 2,134,721 48,356
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 852,676 −550
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 506,203 50,923
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 241,536 102,275
2.2 Faċilità ta’ depożitu 111,514 −70,273
2.3 Depożiti fissi 143,000 14,000
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 10,153 4,921
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,721 165
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 48,979 −5,336
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 40,277 −5,365
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,702 30
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 52,109 5,116
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,056 −390
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,526 −415
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,526 −415
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,170 0
10 Passiv ieħor 207,142 −1,156
11 Kont tar-rivalutazzjoni 316,657 0
12 Kapitali u riżervi 81,481 0
Total tal-passiv 2,134,721 48,356
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja