Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-1 ta’ Marzu 2013

5 ta' Marzu 2013

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ Marzu 2013 iż-żieda ta’ EUR 1 miljun fid- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet bi EUR 3.3 biljun għal EUR 218.6 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
28 ta’ Frar 2013 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 0.4 biljun
28 ta’ Frar 2013 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 3 biljun USD 6.8 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 338.5 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 3.6 biljun għal EUR 881.9 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2 biljun għal EUR 80.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 40.7 biljun għal EUR 595.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Frar 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 132.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 131.1 biljun. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 205.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 7.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 8.3 biljun waqt li tħallsu EUR 62.8 biljun qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.5 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 144.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 166.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 269.6 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ Marzu 2013 il-valur tax-xiri akkumulat bil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 205.3 biljun waqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 48 biljun u EUR 16.3 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 41.7 biljun għal EUR 374.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 438,690 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 252,891 −229
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 86,614 −64
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
166,278 −165
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 30,765 2,694
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,490 983
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,490 983
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 946,086 −62,451
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 131,116 −1,057
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 814,484 −61,879
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 486 485
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 73,592 −6,529
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 608,024 531
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 269,558 −321
7.2 Titoli oħra 338,466 852
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 29,912 0
9 Assi oħra 279,169 −3,206
Assi Totali 2,680,619 −68,205
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 881,919 3,624
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 724,500 −63,506
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 374,205 −41,745
2.2 Faċilità ta’ depożitu 144,710 −21,727
2.3 Depożiti fissi 205,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 85 −34
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,846 472
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 115,427 −3,447
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 80,448 −2,023
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 34,979 −1,424
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 165,481 −522
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,604 −632
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,456 −226
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,456 −226
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,952 0
10 Passiv ieħor 226,155 −5,833
11 Kont tar-rivalutazzjoni 407,378 0
12 Kapitali u riżervi 87,900 1,865
Total tal-passiv 2,680,619 −68,205
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja