Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-3 ta’ Mejju 2013

7 ta' Mejju 2013

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-3 ta’ Mejju 2013 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet kif kienet, EUR 222.7 biljun, minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
2 ta’ Mejju 2013 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.3 biljun -

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 345.2 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 7.7 biljun għal EUR 904.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 10.9 biljun għal EUR 72.3 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 20.5 biljun għal EUR 519.5 biljun. Nhar il-Ħamis 2 ta’ Mejju 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 110.4 biljun, u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 105 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 202.5 biljun u nġabru depożiti ġodda b’kemm jiswew l-istess ammont, b’maturità ta’ sitt ijiem.

Matul il-ġimgħa tħallsu EUR 2.3 biljuni mill- operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.9 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 124.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 109.7 biljuni fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu bi EUR 2.1 biljuni għal EUR 263.4 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, kif ukoll fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fit-3 ta’ Mejju 2013 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 201 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 46.4 biljun u EUR 16.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 19.8 biljun għal EUR 296.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 435,316 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 254,527 1,402
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 86,932 −17
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
167,595 1,420
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 35,367 −263
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,457 808
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,457 808
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 846,437 −5,795
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 105,011 −5,395
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 739,544 −2,276
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,881 1,876
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 111,818 4,514
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 608,626 −2,949
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 263,447 −2,143
7.2 Titoli oħra 345,180 −805
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 29,018 −876
9 Assi oħra 264,553 27
Assi Totali 2,608,120 −3,132
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 904,634 7,669
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 623,124 −5,025
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 296,198 −19,754
2.2 Faċilità ta’ depożitu 124,102 14,440
2.3 Depożiti fissi 202,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 324 289
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,064 −16
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 104,863 −11,645
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 72,343 −10,912
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 32,519 −733
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 166,750 3,794
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 5,614 170
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,449 957
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,449 957
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,145 0
10 Passiv ieħor 239,925 962
11 Kont tar-rivalutazzjoni 406,635 0
12 Kapitali u riżervi 88,917 0
Total tal-passiv 2,608,120 −3,132
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja