Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-31 ta’ Mejju 2013
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fil-31 ta’ Mejju 2013 it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-iskambju ta’ muniti tad-deheb f’ingotti tad-deheb li sar minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 218.8 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
Fil-ġimgħa li għalqet fil-31 ta’ Mejju 2013 ma saret ebda tranżazzjoni min-naħa tal-Eurosistema għall-provediment ta’ likwidità skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 346.6 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 3.9 biljun għal EUR 905.2 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 3.5 biljun għal EUR 102.7 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 12-il biljun għal EUR 541.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Mejju 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 103.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 103.2 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 201 biljun f’ depożiti fissi u nġabru b’kemm jiswew EUR 197 biljun f’depożiti ġodda, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis 30 ta’ Mejju 2013 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 8.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 5.8 biljun.
Matul il-ġimgħa tħallsu EUR 8.1 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il -partita 5.5 tal-attiv) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 85.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 81 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 259 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija mill-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fil-31 ta’ Mejju 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 196.9 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 46 biljun u EUR 16.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 21.3 biljun għal EUR 273.4 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 435,315 | −1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 255,100 | 1,131 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 86,412 | −28 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
168,688 | 1,159 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 27,320 | −1,304 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,935 | −1,796 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,935 | −1,796 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 824,113 | −11,310 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 103,191 | −208 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 720,897 | −10,621 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 24 | −482 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 91,534 | −4,447 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 605,593 | 1,073 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 259,004 | −150 | |
7.2 | Titoli oħra | 346,589 | 1,222 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 29,012 | 0 | |
9 | Assi oħra | 261,526 | 5,901 | |
Assi Totali | 2,549,449 | −10,753 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 905,246 | 3,896 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 556,066 | −20,617 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 273,354 | −21,292 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 85,640 | 4,603 | |
2.3 | Depożiti fissi | 197,000 | −4,000 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 72 | 72 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,580 | 505 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 135,235 | 7,143 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 102,739 | 3,535 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 32,496 | 3,608 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 151,551 | −5,795 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,457 | −336 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,007 | 284 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,007 | 284 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 55,145 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 235,705 | 4,168 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 406,635 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 88,823 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,549,449 | −10,753 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja