Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-7 ta’ Ġunju 2013

11 ta' Ġunju 2013

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-7 ta’ Ġunju 2013 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 219.2 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

Fil-ġimgħa li għalqet fis-7 ta’ Ġunju 2013 ma saret ebda tranżazzjoni min-naħa tal-Eurosistema għall-provediment ta’ likwidità skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 347.6 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 906.9 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu bi EUR 32.1 biljun għal EUR 70.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 17.5 biljun għal EUR 523.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Ġunju 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 103.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 103 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 197 biljun f’ depożiti fissi u nġabar l-istess ammont ta’ depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa tħallsu EUR 3.1 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.1 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 100.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 85.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 256.6 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija mill-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti u l-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-7 ta’ Ġunju 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 194.9 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 45.6 biljun u EUR 16.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 6.7 biljun għal EUR 280 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 435,315 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 255,147 47
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 86,732 320
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
168,416 −273
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,167 848
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,917 −1,019
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,917 −1,019
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 821,899 −2,214
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 103,019 −172
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 717,817 −3,081
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,063 1,038
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 90,204 −1,330
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 604,251 −1,342
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 256,638 −2,367
7.2 Titoli oħra 347,614 1,025
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 29,012 0
9 Assi oħra 263,686 2,160
Assi Totali 2,546,600 −2,849
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 906,905 1,659
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 578,012 21,946
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 280,024 6,669
2.2 Faċilità ta’ depożitu 100,881 15,242
2.3 Depożiti fissi 197,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 107 35
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,748 168
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 106,782 −28,454
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 70,656 −32,083
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 36,126 3,630
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 153,092 1,541
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,294 −1,163
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,724 1,717
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,724 1,717
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,145 0
10 Passiv ieħor 234,510 −1,194
11 Kont tar-rivalutazzjoni 406,635 0
12 Kapitali u riżervi 89,754 931
Total tal-passiv 2,546,600 −2,849
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja