Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-4 ta’ Ottubru 2013
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Ottubru 2013 iż-żieda ta’ EUR 23.9 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kienet dovuta għall-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni kif ukoll għall-bejgħ ta’ deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 5 biljun għal EUR 207.1 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv, għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat kif ukoll għall-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
4 ta’ Ottubru 2013 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 8 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 325 miljun | - |
It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 352.9 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 4 biljun għal EUR 921.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 18.3 biljun għal EUR 76.6 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 5.2 biljun għal EUR 518.7 biljun. Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Ottubru 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 97 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 94.5 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 190.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabru b’kemm jiswew EUR 187.5 biljun f’depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa tħallsu EUR 3.2 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 55.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 52.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu ftit b’EUR 0.3 biljun għal EUR 247 biljun minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Ottubru 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 188.2 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 43.1 biljun u EUR 15.7 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 6.6 biljun għal EUR 265.4 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema
Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fl-4 ta' Ottubru 2013 jidher fil-kolonna supplimentari " Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati tal-kambju ewlenin użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:
Deheb: EUR 989.078 kull uqija fina
USD: 1.3505 kull EUR
JPY: 131.78 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ kreditu (SDR): EUR 1.1363 kull SDR
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 343,919 | −109 | 24,058 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 245,370 | 705 | −5,326 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 83,492 | −7 | −1,053 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
161,878 | 712 | −4,273 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 21,474 | −606 | −621 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 23,572 | 345 | −29 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 23,572 | 345 | −29 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 761,567 | −5,737 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 94,466 | −2,561 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 666,999 | −3,157 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 101 | −19 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 1 | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 74,121 | −7,155 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 599,900 | −641 | 428 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 246,994 | −244 | 534 | |
7.2 | Titoli oħra | 352,907 | −397 | −106 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 28,328 | 0 | −33 | |
9 | Assi oħra | 252,329 | −2,658 | 9,915 | |
Assi Totali | 2,350,580 | −15,856 | 28,392 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 921,733 | 3,999 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 508,222 | 6,047 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 265,366 | 6,606 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 55,336 | 2,465 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 187,500 | −3,000 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 20 | −25 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,045 | −142 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 103,774 | −15,846 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 76,582 | −18,303 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 27,192 | 2,457 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 129,158 | −5,706 | −8 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,117 | −292 | −93 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 4,021 | 326 | −106 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 4,021 | 326 | −106 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 53,565 | 0 | −674 | |
10 | Passiv ieħor | 226,992 | −4,241 | 9,419 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 304,534 | 0 | 19,854 | |
12 | Kapitali u riżervi | 90,419 | 0 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,350,580 | −15,856 | 28,392 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja