Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-30 ta’ Jannar 2015

3 ta' Frar 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-30 ta’ Jannar 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.6 biljun għal EUR 244.0 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 376.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 1.9 biljun għal EUR 1,004.2 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 4.8 biljun għal EUR 76.3 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 24.9 biljun għal EUR 542.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Jannar 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 125.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 163.8 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 49.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 34.1 biljun. Barra minn hekk ġew rimborżati EUR 14.8 biljun mill-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 1.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 36.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 54.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 227.1 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-30 ta’ Jannar 2015 Differenza mqabbla mat-23 ta’ Jannar 2015 – xiri Differenza mqabbla mat-23 ta’ Jannar 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 27.5 biljun - EUR 0.7 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 12.7 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 40.3 biljun EUR 3.1 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 2.3 biljun EUR 0.1 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 144.3 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 38.1 biljun għal EUR 227.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 343,867 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 273,726 −1,190
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 81,262 −6
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
192,464 −1,185
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 35,549 2,689
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,597 84
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,597 84
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 579,646 7,501
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 163,821 38,565
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 415,608 −29,658
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 217 −1,406
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 62,134 3,429
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 603,358 3,805
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 227,107 2,447
7.2 Titoli oħra 376,251 1,358
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,715 0
9 Assi oħra 238,362 5,841
Assi Totali 2,181,954 22,158
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,004,230 1,921
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 264,523 20,769
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 227,385 38,127
2.2 Faċilità ta’ depożitu 36,557 −17,936
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 581 578
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,556 −192
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 111,448 −3,258
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 76,284 −4,764
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 35,164 1,506
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 84,378 −2,367
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,539 −98
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,328 950
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,328 950
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,374 0
10 Passiv ieħor 220,434 4,432
11 Kont tar-rivalutazzjoni 330,898 0
12 Kapitali u riżervi 95,245 0
Total tal-passiv 2,181,954 22,158
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja