Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-3 ta’ April 2015

9 ta' April 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-3 ta’ April 2015 iż-żieda ta’ EUR 40.1 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kienet dovuta għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet bi EUR 26.4 biljun għal EUR 273.6 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv kif ukoll għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 3 biljun għal EUR 378.6 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 11.8 biljun għal EUR 1,024.8 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 12.9 biljun għal EUR 68.4 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 39.3 biljun għal EUR 435.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 1 ta’ April 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 120.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 103.6 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 85.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 63.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 13.7 biljun għal EUR 300.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-3 ta’ April 2015 Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet - xiri Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet - fidi Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet - aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 25.9 biljun - EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 11.4 biljun - EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 64.7 biljun EUR 2.0 biljun - - EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 4.9 biljun EUR 0.2 biljun - -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 52.5 biljun EUR 11.5 biljun - -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 141.3 biljun - - + EUR 0.4 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 29.7 biljun għal EUR 263.3 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Marzu 2015 jidher fil-kolonna miżjuda “ Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti tatmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 1,103.030 kull uqija fina

USD: 1.0759 kull EUR

JPY: 128.95 kull EUR

SDR (Drittijiet speċjali ta’ kreditu): EUR 1.2830 kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 383,965 0 40,126
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 306,243 −3,156 27,968
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 83,532 17 6,139
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
222,711 −3,173 21,830
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 37,374 2,561 3,655
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,335 −2,430 −18
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,335 −2,430 −18
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 521,246 −17,054 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 103,587 −16,920 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 417,558 0 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 101 −133 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −1 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 124,128 2,862 1
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 679,338 11,932 4,783
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 300,731 13,561 156
7.2 Titoli oħra 378,607 −1,628 4,627
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,718 0 53
9 Assi oħra 232,777 −1,227 13,267
Assi Totali 2,334,126 −6,510 89,835
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,024,754 11,817 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 349,224 −7,402 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 263,335 −29,669 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 85,863 22,240 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 27 27 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,591 212 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 126,602 −3,357 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 68,429 −12,906 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 58,173 9,549 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 38,775 −6,220 26
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,780 −337 204
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 7,596 −211 665
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,596 −211 665
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 60,656 0 4,282
10 Passiv ieħor 219,839 −1,013 12,109
11 Kont tar-rivalutazzjoni 403,298 0 72,400
12 Kapitali u riżervi 96,011 0 150
Total tal-passiv 2,334,126 −6,510 89,835
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja