Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-1 ta’ Lulju 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ Lulju 2016 iż-żieda ta’ EUR 35.9 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kienet dovuta għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali kif ukoll għall-bejgħ ta’ EUR 76 miljun deheb li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema biex jipproduċi munita kommemorattiva.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 10.9 biljun għal EUR 275.4 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv kif ukoll għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
30 ta’ Ġunju 2016 | Tranżazzjonijiet irriversjati ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | - | USD 1,519-il miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 347.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 6.4 biljun għal EUR 1,088.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 78.7 biljun għal EUR 154.2 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 6.4 biljun għal EUR 209.7 biljun. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 49.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 53.1 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 10.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 7.7 biljun. Barra dan, l-ammont ta’ EUR 367.9 biljun ipprovdut fl-ewwel sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-I) ġie rimborżat qabel id-data tal-maturità u ġiet konkluża operazzjoni ġdida ta’ EUR 6.7 biljun, b’maturità ta’ 819-il jum. Barra minn hekk, ġiet konkluża l-ewwel offerta ta’ EUR 399.3 biljun b’maturità ta’ 1,456 jum fit-tieni sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-II).
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 330.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 297.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 12.7 biljun għal EUR 1,225.6 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fl-1 ta’ Lulju 2016 | Differenza mqabbla mal-24 ta’ Ġunju 2016 – xiri | Differenza mqabbla mal-24 ta’ Ġunju 2016 – fidi | Differenza mqabbla mal-24 ta’ Ġunju 2016 – aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 17.9 biljun | - | -EUR 0.1 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 7.7 biljun | - | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 183.6 biljun | +EUR 1.2 biljun | -EUR 0.1 biljun | -EUR 0.5 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 19.9 biljun | +EUR 0.5 biljun | -EUR 0.3 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 6.8 biljun | +EUR 1.9 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 878.5 biljun | +EUR 12.8 biljun | - | -EUR 3.1 biljun |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 111.2 biljun | - | - | +EUR 0.3 biljun |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 80.0 biljun għal EUR 693.0 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema
Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Ġunju 2016 jidher fil-kolonna miżjuda “Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:
Deheb: EUR 1,187.349 kull uqija fina
USD: 1.1102 kull EUR
JPY: 114.05 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ kreditu: EUR 1.2579 kull SDR
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 413,139 | −76 | 35,937 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 308,953 | 1,202 | 8,133 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,641 | −232 | 1,322 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
231,312 | 1,433 | 6,811 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 33,174 | 1,918 | 1,178 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,324 | 51 | −14 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 18,324 | 51 | −14 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 540,033 | 38,846 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 53,054 | 3,171 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 486,799 | 35,622 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 180 | 54 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 96,536 | −7,013 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,573,422 | 15,895 | −1,466 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 1,225,579 | 15,974 | −3,337 | |
7.2 | Titoli oħra | 347,843 | −79 | 1,871 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,535 | −470 | 21 | |
9 | Assi oħra | 222,501 | 1,199 | 6,181 | |
Assi Totali | 3,232,618 | 51,553 | 49,970 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,088,543 | 6,368 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,023,403 | 112,453 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 693,047 | 79,988 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 330,345 | 32,713 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 11 | −248 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,765 | −12 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 251,205 | −81,093 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 154,208 | −78,748 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 96,996 | −2,345 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 70,866 | 14,305 | 4 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 3,015 | −171 | 50 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 5,240 | 608 | 131 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 5,240 | 608 | 131 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 58,486 | 0 | 944 | |
10 | Passiv ieħor | 206,336 | −905 | 3,912 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 420,923 | 0 | 44,929 | |
12 | Kapitali u riżervi | 100,836 | 0 | 0 | |
Total tal-passiv | 3,232,618 | 51,553 | 49,970 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja