Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-30 ta’ Ġunju 2017
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-30 ta’ Ġunju 2017 it-tnaqqis ta’ EUR 25 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kien dovut għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 13.4 biljun għal EUR 264.4 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għar-rivalutazzjoni trimestrali tal-assi u l-obbligazzjonijiet li pattew għal, u qabżu, iż-żieda ikkawżata mit-tranżazzjonijiet tal- klijenti u tal-portafoll.
Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur |
Tip ta’ tranżazzjoni |
Ammont li mmatura |
Ammont ġdid |
29 ta' Ġunju 2017 |
Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani |
USD 35 miljun |
USD 3,060 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 294.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 5.6 biljun għal EUR 1,136.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 48.9 biljun għal EUR 210.1 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 40.1 biljun għal EUR 162.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ġunju 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 11.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 11.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 1.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 2.7 biljun. Barra dan, ġew rimborżati qabel il-maturità EUR 1.8 biljun provduti fl-ewwel sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-I).
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 617 biljun (imqabbel ma’ EUR 577.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 6 biljun għal EUR 2,064.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja |
Valur rappurtat fit-30 ta’ Ġunju 2017 |
Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri |
Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi |
Bidla mill-ġimgħa l-oħra – aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 |
EUR 7.6 biljun |
- |
-EUR 0.2 biljun |
-EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 |
EUR 5.4 biljun |
- |
-EUR 0.0 biljun |
+EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 |
EUR 222.6 biljun |
+EUR 1.1 biljun |
-EUR 0.8 biljun |
-EUR 0.6 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi |
EUR 24.1 biljun |
+EUR 1.0 biljun |
-EUR 0.5 biljun |
-EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv |
EUR 96.6 biljun |
+EUR 1.6 biljun |
-EUR 0.0 biljun |
-EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku |
EUR 1,609.3 biljun |
+EUR 10.5 biljun |
-EUR 0.4 biljun |
-EUR 5.7 biljun |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) |
EUR 98.7 biljun |
- |
- |
+EUR 0.2 biljun |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 52 biljun għal EUR 1,106 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema
Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-30 ta’ Ġunju 2017 jidher fil-kolonna miżjuda “Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:
Deheb: EUR 1,089.905 kull uqija fina
USD: 1.1412 kull EUR
JPY: 127.75 kull EUR
CNY: 7.7385 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ kreditu: EUR 1.2196 kull SDR
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 379,091 | 0 | −24,959 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 304,774 | 612 | −17,465 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 74,388 | −71 | −3,128 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 230,386 | 683 | −14,337 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 31,219 | 2,479 | −2,003 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 17,961 | −473 | −40 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 17,961 | −473 | −40 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 779,252 | −378 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 11,636 | 116 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 767,314 | −456 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 302 | −38 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 70,918 | −2,140 | 0 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 2,358,609 | 12,074 | −5,549 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 2,064,420 | 12,334 | −6,325 | |
7.2 | Titoli oħra | 294,190 | −260 | 777 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 25,788 | −470 | −114 | |
9 | Assi oħra | 241,897 | 684 | 1,100 | |
Attiv totali | 4,209,510 | 12,389 | −49,028 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,136,879 | 5,566 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,723,077 | −12,258 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 1,106,050 | −52,026 | 0 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 616,974 | 39,740 | 0 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 53 | 28 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 9,195 | 1,498 | 0 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 347,586 | −53,172 | 5 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 210,129 | −48,930 | 5 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 137,457 | −4,242 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 222,540 | 70,471 | −27 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 4,107 | 1,288 | −182 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 10,801 | −1,068 | −628 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,801 | −1,068 | −628 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 56,705 | 0 | −2,343 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 224,408 | 63 | −5,736 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 371,913 | 0 | −40,117 | |
12 | Kapital u riżervi | 102,299 | 0 | 0 | |
Passiv totali | 4,209,510 | 12,389 | −49,028 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja