Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-25 ta’ Awwissu 2017

29 ta’ Awwissu 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-25 ta’ Awwissu 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) naqsu b’EUR 14-il miljun minħabba l-bejgħ ta’ deheb li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema biex jipproduċi munita kommemorattiva.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.5 biljun għal EUR 259.8 biljun.

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur

Tip ta’ tranżazzjoni

Ammont li mmatura

Ammont ġdid

24 ta' Awwissu 2017

Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

USD 35 miljun

USD 35 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) baqgħu kważi l-istess, EUR 286.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 4.2 biljun għal EUR 1,139.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 30.6 biljun għal EUR 225.4 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b'EUR 7.1 biljun għal EUR 183.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Awwissu 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 4.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 7.3 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 593.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 597.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 10.8 biljun għal EUR 2,160.1 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja

Valur rappurtat fil-25 ta’ Awwissu 2017

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1

EUR 7.5 biljun

-

-

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2

EUR 4.9 biljun

-

-

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3

EUR 227.7 biljun

+EUR 1.1 biljun

-

Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi

EUR 24.4 biljun

+EUR 0.2 biljun

-EUR 0.6 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv

EUR 106.2 biljun

+EUR 0.9 biljun

-

Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku

EUR 1,698.1 biljun

+EUR 9.1 biljun

-EUR 0.0 biljun

Programm tas-Swieq tat-Titoli

EUR 91.2 biljun

-

-

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 7.8 biljun għal EUR 1,230.8 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 379,078 −14
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 299,190 −907
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,466 12
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 224,724 −919
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 35,625 379
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 16,217 −290
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 16,217 −290
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 776,282 2,611
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 7,267 2,458
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 768,704 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 310 153
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 60,430 −1,800
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,446,153 10,723
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 2,160,064 10,753
  7.2 Titoli oħra 286,090 −30
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,735 0
9 Assi oħra 240,172 2,466
Attiv totali 4,278,881 13,169
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,139,900 −4,154
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,823,991 −12,339
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 1,230,792 −7,847
  2.2 Faċilità tad-depożitu 593,160 −4,495
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 39 3
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 7,999 −976
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 352,307 30,731
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 225,390 30,572
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 126,917 159
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 181,318 −868
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 7,373 −112
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 10,923 49
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,923 49
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 56,705 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 224,154 837
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 371,913 0
12 Kapital u riżervi 102,297 0
Passiv totali 4,278,881 13,169
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja