Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-22 ta' Settembru 2017

26 ta’ Settembru 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-22 ta' Settembru 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) baqgħet kważi l-istess, fil-livell ta’ EUR 259.8 biljun.

Operazzjonijiet għall-provvediment ta' likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur

Tip ta' tranżazzjoni

Ammont li mmatura

Ammont ġdid

21 ta' Settembru 2017

Tranżazzjoni inversa ta' 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

USD 35 miljun

USD 35 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 284.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 1,140.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 38.1 biljun għal EUR 236.2 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta' kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b'EUR 2.5 biljun għal EUR 125.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 20 ta' Settembru 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament (il-partita A5.1) ta' EUR 4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta' EUR 5.1 biljun b’maturità ta' sebat ijiem.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta' EUR 0.1 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta' qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta' EUR 647.6 biljun (imqabbel ma' EUR 649 biljun fil-ġimgħa ta' qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f'titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.2 biljun għal EUR 2,214.1 biljun. It-tabella ta' hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b'kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja

Valur rappurtat fit-22 ta' Settembru 2017

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi

Programm ta' xiri ta' bonds garantiti 1

EUR 7.2 biljun

-

-

Programm ta' xiri ta' bonds garantiti 2

EUR 4.8 biljun

-

-

Programm ta' xiri ta' bonds garantiti 3

EUR 230.8 biljun

+EUR 0.9 biljun

-EUR 0.1 biljun

Programm ta' xiri ta' titoli koperti b'assi

EUR 24.3 biljun

+EUR 0.0 biljun

-EUR 0.3 biljun

Programm ta' xiri mis-settur korporattiv

EUR 113.0 biljun

+EUR 1.9 biljun

-EUR 0.1 biljun

Programm ta' xiri mis-settur pubbliku

EUR 1,743.0 biljun

+EUR 13.0 biljun

-EUR 1.1 biljun

Programm tas-Swieq tat-Titoli

EUR 91.2 biljun

-

-

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b'EUR 21.3 biljun għal EUR 1,217.6 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 379,079 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 302,544 −393
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,508 −14
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 228,036 −379
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 33,423 2,384
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 16,806 166
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 16,806 166
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 773,563 1,088
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 5,060 1,074
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 768,382 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 122 14
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 59,433 −2,089
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,498,495 14,355
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 2,214,147 14,170
  7.2 Titoli oħra 284,348 186
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,735 0
9 Assi oħra 239,133 3,825
Attiv totali 4,328,211 19,336
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,140,150 −1,819
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,865,245 −22,726
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 1,217,589 −21,341
  2.2 Faċilità tad-depożitu 647,616 −1,394
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 40 9
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 10,657 3,967
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 362,324 38,063
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 236,181 38,102
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 126,142 −40
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 173,563 −1,968
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 8,725 1,018
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 10,759 979
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,759 979
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 56,705 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 225,875 1,822
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 371,913 0
12 Kapital u riżervi 102,297 0
Passiv totali 4,328,211 19,336
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja