Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Karrieri

Aħdem għall-Ewropa, agħmel differenza

Naħdmu għall-Ewropa. Karriera hawn tfisser li tikkontribwixxi biex iżżomm il-prezzijiet stabbli fiż-żona tal-euro u l-flus tan-nies siguri fil-bank.

Qed infittxu mħuħ kurjużi. Aħna napprezzaw id-diversità u nfittxu nies minn sfondi differenti li jixtiequ jikbru bħala professjonisti f’ambjent dinamiku mmexxi mid-dejta u mulitkulturali . Hawnhekk fil-BĊE tista’ tagħmel differenza fil-ħajja ta’ sħabna l-Ewropej.

Skopri l-pożizzjonijiet battala tagħna

Aħna nirreklamaw regolarment opportunitajiet ta’ xogħol għal varjetà wiesgħa ta’ rwoli ta’ appoġġ, professjonali u ta’ tmexxija. Opportunitajiet għal gradwati universitarji reċenti jinkludu apprendistati u l-Programm tal-Gradwati tagħna.

Pożizzjonijiet battala

X’noffru

Aħna napprezzaw lill-impjegati tagħna, u jkollok bosta opportunitajiet biex tiżviluppa l-ħiliet personali u professjonali tiegħek matul il-karriera tiegħek. Agħti ħarsa lejn dak li għandna x’noffru: li taħdem fil-BĊE ifisser ħafna iktar minn salarju attraenti.

Benefiċċji u għotjiet

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Aħna ngħożżu d-diversità

Fil-BĊE, aħna nemmnu li d-diversità tippromwovi l-eċċellenza. Timijiet aktar diversi jfissru firxa usa’ ta’ opinjonijiet, li jwasslu għal riżultati aħjar u aktar robusti. Aħna nfittxu l-aqwa talent sabiex inkunu nistgħu nieħdu l-aħjar deċiżjonijiet possibbli għall-ġid tan-nies kollha li jgħixu fiż-żona tal-euro.

Għaliex ngħożżu d-diversità

Programm għall-Gradwati

Jekk għandek lawrja speċjalizzata u interess qawwi fil-banek ċentrali, agħti ħarsa lejn il-Programm tal-Gradwati tagħna. Il-programm ta’ sentejn joffri opportunitajiet ta’ żvilupp uniċi u esperjenza ta’ xogħol siewja f’istituzzjoni tal-UE.

Tgħallem iktar dwar il-Programm tal-Gradwati tagħna

Apprendistati

Jekk għandek tal-inqas grad ta’ baċellerat u mhux aktar minn 12-il xahar esperjenza professjonali mill-gradwazzjoni, apprendistat fil-BĊE jista’ jkun mezz xieraq biex tibda b’pass tajjeb l-karriera tiegħek. Il-kampanji tagħna ta’ inġaġġ ta’ apprendisti nagħmluhom matul is-sena kollha.

Tgħallem iktar dwar l-apprendistati tagħna

Min aħna?

Aħna diversi daqs kemm hi l-Ewropa. Niġu minn madwar l-UE kollha, u nġibu magħna għadd kbir ta’ sfondi u esperjenzi tal-ħajja. Naħdmu biex nappoġġjaw il-benesseri ekonomiku ta’ miljuni u nkunu kburin b'dak li nagħmlu.

Iltaqa’ man-nies tagħna

L-esperjenza fil-BĊE

Tikkollabora ma’ kollegi minn pajjiżi oħra tal-UE. Naqsmu diversi perspettivi Tħoss li verament qed tagħmel impatt. Dawn huma uħud mill-affarijiet li jagħmlu l-esperjenza fil-BĊE Ara ftit kif inhuma l-affarijiet hawnhekk.

TGĦIX FI FRANKFURT
Tgħallem iktar dwar il-belt tagħna
ŻOMM RUĦEK AĠĠORNAT

Ingħaqad magħna

Arana fuq Linkedln

Ibqa’ aġġornat/a ma’ x’qed jagħmel il-BĊE u liema impjiegi qegħdin nirriklamaw. Aħna nħabbru regolarment opportunitajiet għal impjiegi, fieri tal-karriera, aħbarijiet industrijali u ħafna iktar.

Segwina fuq Linkedln
M’intix espert? Iċċekkja l-ispjegazzjoni tagħna
Tgħallem iżjed
X’inhu l-Bank Ċentrali Ewropew?

Il-paġni kollha f’din it-taqsima