Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-karti tal-flus

Il-karti tal-flus huma parti mill-ekonomija, l-identità u l-kultura tagħna – u aħna fil-BĊE għandna responsabbiltà kbira biex niżguraw li n-nies iżommu l-fiduċja tagħhom fihom.

Christine Lagarde, President tal-BĊE

Il-karti tal-flus tal-euro li ġġorr fil-kartiera tiegħek huma l-aktar simbolu tanġibbli ta’ Ewropa magħquda. Hemm iżjed minn 29 biljun karta tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, b'valur totali ta' iżjed minn €1.5 triljun. Aħna naħdmu biex niżguraw li kull waħda minnhom tkun ta’ kwalità għolja b’mod konsistenti u tkun sigura u sikura biex tintuża kullimkien fid-dinja. Dan jgħinna nrawmu kunfidenza u fiduċja fil-munita unika tagħna, kemm bħala mezz ta’ ħlas kif ukoll bħala ħażna ta’ valur. Jekk jinħareġ euro diġitali fil-futur, dan se jeżisti flimkien mal-flus kontanti u ma jaffettwax ir-rwol tal-karti tal-flus tal-euro.


Karti tal-flus futuri

Meta niżviluppaw karti tal-flus futuri, aħna rridu nagħmlu ċert li dawn ikunu saħansitra aktar siguri, sikuri u sostenibbli. U aħna rridu li d-disinn il-ġdid ikun inklużiv u relatabbli għall-Ewropej kollha. Skopri dwar il-passi differenti fil-proċess u kif tista’ tinvolvi ruħek.

Karti tal-flus futuri

Karti tal-flus attwali

Hemm żewġ sensiliet ta' karti tal-flus tal-euro. L-ewwel sensiela tinkludi seba' denominazzjonijiet differenti: €5, €10, €20, €50, €100, €200 u €500. It-tieni waħda, magħrufa wkoll bħala s-serje Europa, tikkonsisti f’sitt denominazzjonijiet, peress li ddeċidejna li nwaqqfu l-ħruġ tal-karti tal-flus ta’ €500.

Denominazzjonijiet, disinn u karatteristiċi ta' sigurtà

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Kontra l-falsifikazzjoni

Waħda mir-responsabbiltajiet ewlenin tagħna hi li nagħmlu ċert li l-karti tal-flus li tirċievi jkunu ġenwini. Skopri aktar dwar x’nagħmlu biex nibqgħu aktar avvanzati mill-falsifikaturi u x’għandek tagħmel jekk tissuspetta li rċevejt karta tal-flus falza.

Kontra l-falsifikazzjoni

Karti tal-flus iddanneġġati jew mtebbgħin bil-linka

Il-banek ċentrali nazzjonali fiż-żona tal-euro jaħdmu biex jiżguraw li l-karti tal-flus tal-euro kollha jkunu tajbin għall-użu qabel ma jerġgħu jiġu ċċirkolati. Il-karti tal-flus jistgħu jiġu ddanneġġati aċċidentalment, u xi drabi minn strumenti kontra s-serq. Sir af aktar dwar karti tal-flus iddanneġġati jew imtebbgħin bil-linka u kif tista’ tibdilhom.

Karti tal-flus iddanneġġati jew mtebbgħin bil-linka

Il-ħażniet u l-produzzjoni tal-karti tal-flus

Il-produzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro ssir b'ħidma konġunta tal-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro u l-BĊE. Trid issir produzzjoni ta’ ammont biżżejjed ta’ karti tal-flus kull sena biex jissostitwixxu l-karta tal-flus li mhumiex tajbin biex jintużaw u biex jiġu ssodisfati żidiet f’daqqa kemm antiċipati kif ukoll mhux mistennija fid-domanda għalihom.

Produzzjoni tal-karti tal-flus

Ambjent, saħħa u sigurtà

Wieħed mill-objettivi tal-istrateġija tagħna ta’ Flus Kontanti 2030 huwa li jiġi żgurat li l-karti tal-flus tal-euro jkunu kemm siguri għall-użu kif ukoll sostenibbli. Sa minn mindu ddaħħlet l-euro, aħna konna impenjati biex innaqqsu l-impronta ambjentali tal-karti tal-flus tagħna.

Ambjent, saħħa u sigurtà

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Riċerka u żvilupp

Aħna naħdmu biex niżguraw li l-karti tal-flus tagħna jkunu innovattivi u jibqgħu pass ’il quddiem mill-aħħar tekniki ta’ falsifikazzjoni. Naħdmu wkoll għal soluzzjonijiet teknoloġikament sostenibbli li jistgħu jgħinu jnaqqsu l-impronta ambjentali tal-karti tal-flus tal-euro u l-proċessi tagħna.

Riċerka u Żvilupp

Stampi u regoli ta’ riproduzzjoni

Għandek permess tuża xbihat tal-karti tal-flus tal-euro dment li tikkonforma mar-regoli tar-riproduzzjoni tagħna. Tista’ tniżżel xbihat b’riżoluzzjoni baxxa ta’ karti tal-flus tal-euro direttament mis-sit web tagħna jew titlob xbihat ta’ riżoluzzjoni għolja jekk għandek interess leġittimu u professjonali fl-użu tagħhom.

Stampi u regoli ta’ riproduzzjoni

Informazzjoni u materjali ta’ taħriġ

Il-materjali ta’ taħriġ tagħna fihom informazzjoni dwar il-muniti tal-euro, il-karti tal-flus u l-karatteristiċi ta’ sigurtà tagħhom, li huma adattati kemm għall-pubbliku ġenerali kif ukoll għall-professjonisti li jaħdmu bil-flus kontanti. Tista’ tniżżel il-materjali tagħna jew tistaqsina nibagħtuhomlok bħala pubblikazzjonijiet stampati.

Informazzjoni u materjali ta’ taħriġ

Il-paġni kollha f’din it-taqsima