Stampi u regoli ta’ riproduzzjoni
L-użu ta’ xbihat ta’ karti tal-flus tal-euro
Tista’ tuża xbihat tal-karti tal-flus tal-euro mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel sakemm tikkonforma mar-regoli tal-BĊE dwar ir-riproduzzjoni tal-karti tal-flus (ara b’mod partikolari l-Artikolu 2 tad- Deċiżjoni BĊE/2013/10).
Dawn ir-regoli jiżguraw li l-pubbliku ġenerali ma jitqarraqx bir-riproduzzjonijiet u jaħsibhom karti tal-flus ġenwini. B’dan il-mod, nistgħu niżguraw li l-karti tal-flus tal-euro jibqgħu mezz ta’ ħlas affidabbli u sikur.
Kundizzjonijiet għall-użu
Jekk tixtieq tuża xbihat tal-karti tal-flus tal-euro, għandek iżżomm mar-regoli dwar ir-riproduzzjoni stabbiliti fid- Deċiżjoni BĊE/2013/10. Permezz tar-riproduzzjoni nfissru kull rappreżentazzjoni fiżika jew diġitali li tuża karta tal-flus tal-euro kollha jew partijiet minnha jew partijiet mill-elementi tad-disinn individwali tagħha. Ir-riproduzzjonijiet li jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/10 huma meqjusa legali, peress li ma hemm l-ebda riskju li l-pubbliku ġenerali jista’ jħawwadhom ma’ karti tal-flus tal-euro ġenwini.
Jekk jogħġbok irreferi għad-Deċiżjoni BĊE/2013/10 għal deskrizzjoni sħiħa tal-kriterji rilevanti. Spjegazzjoni qasira tal-kriterji hija pprovduta hawn taħt.
Spjegazzjoni tal-kriterji għar-riproduzzjonijiet fiżiċi
- 1.
-
Jekk tixtieq tirriproduċi ż-żewġ naħat ta’ karta tal-flus tal-euro, ir-riproduzzjoni m’għandhiex tkun l-istess daqs tal-karta tal-flus attwali. Minflok, id-daqs tagħha għandu jkun mill-inqas 200% kemm tat-tul kif ukoll tal-wisa’ jew mhux aktar minn 50% kemm tat-tul kif ukoll tal-wisa’ tal-karta tal-flus inkwistjoni.
- 2.
-
Bl-istess mod, jekk tixtieq tirriproduċi ż-żewġ naħat ta’ karta tal-flus tal-euro, ir-riproduzzjoni m’għandhiex tkun l-istess daqs tal-karta tal-flus attwali. Minflok, id-daqs tagħha għandu jkun mill-inqas 125% kemm tat-tul kif ukoll tal-wisa’ jew mhux aktar minn 75% kemm tat-tul kif ukoll tal-wisa’ tal-karta tal-flus inkwistjoni.
- 3.
- Jekk tixtieq tirriproduċi parti min-naħa ta’ quddiem jew ta’ wara ta’ karta tal-flus tal-euro, ir-riproduzzjoni għandha tkun iżgħar minn 33% tan-naħa ta’ quddiem jew ta’ wara tal-karta tal-flus attwali.
- 4.
- Tista’ tirriproduċi fiżikament elementi individwali tad-disinn sakemm ma jkunux jidhru fuq sfond li jixbah karta tal-flus.
- 5.
- Tista’ tirriproduċi fiżikament il-karti tal-flus tal-euro sakemm dawn ikunu magħmula minn materjal differenti b’mod ċar minn dak użat għall-karti tal-flus attwali.
Spjegazzjoni tal-kriterji għar-riproduzzjonijiet diġitali
- 1.
- Il-kelma “kampjun” għandha tiġi inkorporata djagonalment fir-riproduzzjoni b’ittri ċari u b’tipa grassa (b’tipa Arial), b’kuntrast mal-kulur dominanti tal-karta tal-flus tal-euro inkwistjoni.
- 2.
-
It-tul tal-kelma “kampjun” għandu jkun mill-inqas 75% tat-tul tar-riproduzzjoni, filwaqt li l-għoli tagħha għandu jkun mill-inqas 15% tal-wisa’ tar-riproduzzjoni.
- 3.
- Ir-riżoluzzjoni tar-riproduzzjoni elettronika ma għandhiex taqbeż it-72 tikek għal kull pulzier (dpi) b’100 % tad-daqs oriġinali.
- 4.
- Tista’ tirriproduċi diġitalment elementi individwali tad-disinn sakemm ma jkunux jidhru fuq sfond li jixbah karta tal-flus.
Ir-riproduzzjonijiet li ma jikkonformawx mar-regoli rilevanti huma kkunsidrati bħala illegali. Min jirriproduċi karta tal-flus huwa personalment responsabbli biex jiżgura li r-riproduzzjoni tissodisfa l-kriterji stabbiliti fid- Deċiżjoni BĊE/2013/10.
Għal aktar informazzjoni, ara d-dokumenti elenkati hawn taħt.
- Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, it-tisrif u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2013/10) ĠU L 118, 30.4.2013, p. 37,
- Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Marzu 2003 tal-20 ta' Marzu, 2003 dwar l-infurzar ta' miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus ewro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus ewro (BĊE/2003/5), ĠU L Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 291
- Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta' miżuri kontra riproduzzjonijiet mhux konformi ta’ karti tal-flus tal-euro u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2013/11), ĠU L 118, 30.4.2013, p. 43.
Prevenzjoni tal-użu illegali ta' xbihat diġitali tal-karti tal-flus
L-Eurosistema għandha dmir li tħares l-integrità tal-karti tal-euro u li tkompli ttejjeb it-teknoloġija tal-produzzjoni tal-karti tal-flus. Il-karti tal-flus tal-euro jiġu prodotti bl-użu ta’ tekniki sofistikati tal-istampar u għandhom firxa ta’ karatteristiċi prominenti tas-sigurtà, li jagħmluha faċli li jingħarfu mill-karti tal-flus foloz.
Il-grupp maħtur mill-banek ċentrali biex jiskoraġġixxi l-falsifikazzjoni tal-flus (Central Bank Counterfeit Deterrence Group — CBCDG) — li huwa grupp internazzjonali ta’ aktar minn 30 bank ċentrali — żviluppa sistema li tiskoraġġixxi l-falsifikazzjoni tal-flus biex il-kompjuters personali, it-tagħmir tax-xbihat diġitali u s-softwer ma jintużawx biex isiru karti tal-flus foloz.
Din is-sistema ġiet adottata volontarjament minn bosta produtturi ta’ ħardwer u softwer. Twaqqaf lill-kompjuters personali u lill-għodda tax-xbihat diġitali milli jaqbdu jew jirriproduċu x-xbieha ta’ karta tal-flus protetta. Fi kliem ieħor, apparat tal-istampar jew tal-iskannjar jew għodda tax-xbihat diġitali li jinkorporaw din is-sistema ma jħallux awtomatikament li x-xbihat tal-karti tal-flus jiġu kkupjati jew stampati.
It-teknoloġija ma tistax issegwi l-użu ta’ kompjuter personali jew għodod ta’ immaġni diġitali. Jekk jogħġbok żur is- sit web tas-CBCDG għal aktar tagħrif dwar is-CBCDG u kif pajjiżi oħra jirregolaw l-użu tax-xbihat tal-karti tal-flus.
Niżżel xbihat tal-karti tal-flus
Tista’ tniżżel xbihat tal-karti tal-flus tal-euro b’riżoluzzjoni baxxa (72 dpi).
Stampi tal-karti tal-euroJekk tixtieq titlob xbihat b’riżoluzzjoni għolja, jekk jogħġbok ibgħatilna email fuq Euro-Banknotes-Images@ecb.europa.eu , fejn tispjega l-interess professjonali u leġittimu tiegħek fl-użu tax-xbihat.
Jekk jogħġbok ipprovdi wkoll dan li ġej:- Isem u dettalji ta’ kuntatt
- Dettalji tal-attivitajiet ta’ negozju
- Indirizz tas-sit web tal-kumpanija
- Aktar tagħrif dwar kif beħsiebek tuża x-xbieha/xbihat
Imbagħad nitolbuk timla u tibgħat dikjarazzjoni ta’ kunfidenzjalità li trid tiġi ffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-kumpanija tiegħek. Sakemm ma tindikax mod ieħor speċifikament, se nipprovdu sett ta’ stampi tad-denominazzjonijiet kollha disponibbli tas-sensiela Europa (f’riżoluzzjoni ta’ 300 dpi u l-Format tal-Fajl tal-Immaġni Tag (TIFF), immarkati “specimen”).
Regoli dwar ir-riproduzzjoni tal-muniti tal-euro
Huma dawk il-medalji u tokens li ma jistgħux jiġu mħallta ma' muniti ġenwini tal-euro biss li jistgħu jiġu prodotti. Dan għaliex oġġetti metalliċi li għandhom il-kliem “euro” jew “euro ċenteżmu”, jew dawk li juru disinn simili għad-disinn tal-muniti tal-euro, jistgħu faċilment jiġu konfużi għall-muniti ta’ valuta legali.
Għal tagħrif dwar ir-regoli dwar ir-riproduzzjoni tal-muniti tal-euro, jekk jogħġbok żur is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea jew ikkuntattja waħda mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-pajjiżi individwali taż-żona tal-euro.
Għad-dettalji, ara r-regolamenti elenkati hawn taħt.
- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas-6 ta' Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro
- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2183/2004 as-6 ta' Diċembru 2004 li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro.
Tixtieq tkun taf aktar?
Għandek issib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet komuni fil-