content here is the anonymously transparent proxied version of ecb.europa.eu   X
Għażliet għat-Tiftix
Home Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika monetarja L-euro Pagamenti u swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Spjegazzjonijiet

L-ispjegazzjonijiet tagħna jaqilbu suġġetti kumplessi f’lingwa sempliċi.

L-ispjegazzjonijiet tagħna għandhom l-għan li jagħmlu suġġetti kumplessi tal-attività bankarja ċentrali faċli li jifhmuhom l-udjenzi kollha. Kemm jekk qatt staqsejt kif id-deċiżjonijiet tal-politika monetarja tagħna jolqtuk jew x’inhu l-bitcoin, tista’ ssib tagħrif fit-testi, vidjows u infografiji sempliċi tagħna.

Għaliex il-BĊE jrid iżomm il-prezzijiet stabbli?

Iż-żamma ta’ prezzijiet stabbli huwa l-għan ewlieni tal-BĊE. Imma x’nifhmu bi “prezzijiet stabbli”? U ma jkunx aħjar għalina lkoll jekk il-prezzijiet jonqsu u l-affarijiet jorħsu? Tgħallem aktar dwar l-istabbiltà tal-prezzijiet u għaliex dan jgħinna lkoll.

Għaliex huma importanti il-prezzijiet stabbli?

Il-BĊE jista’ jagħmel li jrid?

L-indipendenza ta’ bank ċentrali tiġi diskussa madwar id-dinja. Imma għaliex hi daqshekk importanti? Ifisser li l-banek ċentrali jistgħu jagħmlu dak kollu li jridu? Tgħallem aktar dwar il-ħsieb wara l-indipendenza tal-BĊE, kif aħna ninżammu responsabbli u kif dan ikun ta’ benefiċċju għalik.

Għaliex il-BĊE huwa indipendenti?

X’inhu l-Bank Ċentrali Ewropew?

Triq tkun taf aktar dwar x’jagħmel il-Bank Ċentrali Ewropew u kif jaffettwak fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum? Ara l-ispjegazzjoni tagħna biex issir taf.

X’inhu l-Bank Ċentrali Ewropew?

Il-BĊE jiċċara

Mgħaġġel/la? Agħti ħarsa lejn il-vidjows ta’ spjegazzjoni tagħna li jdumu minuta. F’dan il-vidjow, il-kollega tagħna Jean-François jispjega kif nerfgħu r-responsabbiltà quddiem il-Parlament Ewropew u dan jgħinna naħdmu għalik u nikkomunikaw miegħek.

Agħti ħarsa lejn l-ispjegazzjonijiet bil-vidjow tagħna
TRID TKUN TAF AKTAR?

Kun af aktar dwar il-BĊE u l-politika monetarja tiegħu

Kellimna: Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ

Id-deċiżjonijiet li nieħdu jkollhom impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum tiegħek. Huwa għalhekk li rridu niżguraw li minflok ma tisma’ dwarna u dak li nagħmlu, ikollok iċ-ċans li titkellem magħna direttament. Id-Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ jagħtik iċ-ċans li tagħmel eżattament hekk.

Iktar dwar id-Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ

Żurna: iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-BĊE

Sfortunatament, iż-żjarat fil-BĊE bħalissa huma sospiżi minħabba l-pandemija tal-koronavirus. Tista’ tagħmel żjara virtwali fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi tagħna biex titgħallem dwarna u x’jagħmel il-BĊE għalik.

Skopri ċ-Ċentru tal-Viżitaturi

Il-paġni kollha f’din it-taqsima