Ipproċessar tal-flus
Verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkolazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro
Ir-riċirkolazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro tgħin lill-banek u entitajiet oħra li jimmaniġġaw il-flus jipprovdu l-munita bl-aktar mod effikaċi u bl-inqas spejjeż possibbli. Biex jiżgura l-integrità tal-karti tal-flus il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkolazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro.
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 daħlet fis-seħħ fl-1 ta'
Jannar 2011 u ħadet post il-“Qafas għall-kxif ta’ flus foloz u l-għażla skont il-kundizzjoni minn istituzzjonijiet
tal-kreditu u minn professjonisti oħra fil-maniġġ tal-flus”. Hija ġiet emendata bid-Deċiżjoni BĊE/2012/19 tas-7 ta' Settembru 2012
biex tkopri wkoll il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkolazzjoni tas-sensiela l-ġdida ta' karti
tal-flus tal-euro u biex jiġu ċċarati xi rekwiżiti, u bid-Deċiżjoni BĊE/2019/39 tal-5 ta' Diċembru 2019 biex
tippermetti l-proċessar mill-ġdid ta' karti tal-flus li ma jkunux awtentikati b'mod ċar u biex tintroduċi kategorija
ġdida ta' magni li jimmaniġġaw il-karti tal-flus.
Iżjed
Tagħmir għall-awtentikazzjoni
Il-BĊE jxandar tagħrif dwar tagħmir ittestjat għall-identifikazzjoni ta' karti tal-flus foloz biex jgħin lil min juża
l-karti tal-flus jagħżel it-tagħmir skont il-ħtiġijiet tiegħu.
Iżjed
Huwa rakkomandat li s-sidien u l-operaturi ta' tagħmir għall-awtentikazzjoni jieħdu passi biex jadattawh għall-karti tal-flus tas-sensiela Europa, ħafna qabel id-data tal-ħruġ tagħhom, billi jikkooperaw skont il-ħtieġa mal-fornituri tat-tagħmir. Barra dan, meta l-klijenti jakkwistaw tagħmir għall-awtentikazzjoni, huwa tajjeb li jivverifikaw jekk dan jistax jiġi adattat faċilment biex jimmaniġġa l-karti tal-flus kollha tas-sensiela Europa.