Rapport Finanzjarju Konsolidat ta’ l-Eurosistema tat-30 ta’ Settembru 2005
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-30 ta’ Settembru 2005, iż-żieda netta ta’ EUR 12.1 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irriflettiet l-aktar l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur, kif ukoll bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-bank ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar id-Deheb tat-27 ta’ Settembru 2004) u xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’valuta barranija (il-partiti nri. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nri. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.7 biljun għal EUR 165.4 biljun. It-tnaqqis kien l-aktar minħabba l-effetti tar-rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur ta’ l-attiv u l-passiv, waqt li t-transazzjonijiet tal-klijienti u tal-portafoll magħmulin mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema fil-perjodu kkunsidrat irriżultaw fi tnaqqis ta’ EUR 0.1 biljun.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta' l-euro u denominati f'euro (il-partita nru. 7 ta' l-attiv) żdiedu b' EUR 0.8 biljun għal EUR 90.9 biljun, b’żieda ta’ EUR 1.1 biljun minħabba transazzjonijiet li kkumpensaw għal ferm aktar mit-tnaqqis minħabba r-rivalutazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.3 biljun għal EUR 533.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5 biljun għal EUR 57.9 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partit nri. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4) żdied b’EUR 6.4 biljun għal EUR 383.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, it-28 ta’ Settembru 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 287.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 293.5 biljun. Nhar il-Ħamis, id-29 ta’ Settembru 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 30 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 30 biljun.
Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.5 biljun (imqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall-faċilità ta’ depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (ukoll imqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta' l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 3 biljun għal EUR 145.1 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-tliet xhur ta’ l-attiv u l-passiv ta’ l-Eurosistema
F’konformità mar-regoli armonizzati tal-kontabilità ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju (ta’ flus barranin), l-investimenti fit-titoli u l-istrumenti finanzjarji ta’ l-Eurosistema huma rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull tliet xhur. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ tat-30 ta’ Settembru 2005 jidher fil-kolonna addizzjonali "Id-differenza mqabbla mal-ġimgħa l-oħra minħabba r-rivalutazzjonijiet". Il-prezz tad-deheb u r-rati tal-kambju ewlenin użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 393.124 kull uqija fina.
USD: 1.2042 kull EUR
JPY: 136.25 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.2036 kull SDR
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) evalwazzjonijiet millġdid |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 149,882 | −38 | 12,148 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 160,042 | 39 | −663 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 19,439 | −93 | −43 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
140,603 | 132 | −620 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 21,950 | 671 | 49 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,969 | −70 | −20 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 8,969 | −70 | −20 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 384,014 | 6,464 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 293,500 | 6,001 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 89,999 | 0 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 512 | 506 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 3 | −43 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,392 | −200 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 90,850 | 1,119 | −346 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 40,723 | −1 | −26 | |
9 | Assi oħra | 136,222 | 548 | 2,190 | |
Assi Totali | 996,044 | 8,531 | 13,333 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) evalwazzjonijiet millġdid |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 533,209 | 4,306 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 145,175 | −2,944 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 145,104 | −2,994 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 71 | 55 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −5 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 127 | 0 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 65,427 | 5,179 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 57,851 | 4,980 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,576 | 199 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 11,057 | 724 | 0 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 246 | −50 | 3 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 10,430 | 894 | 1 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,430 | 894 | 1 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,885 | 0 | −11 | |
10 | Passiv ieħor | 62,336 | 423 | 1,883 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 103,749 | 0 | 11,457 | |
12 | Kapitali u riżervi | 58,403 | −1 | 0 | |
Total tal-passiv | 996,044 | 8,531 | 13,333 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja