Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Diċembru 2024
X’inhuma l-punti ewlenin?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Naqqasna r-rati tal-imgħax ewlenin tagħna b’0.25 punt perċentwali
Għamilna dan minħabba li l-inflazzjoni qiegħda toqrob lejn il-mira tagħna ta’ 2% u l-ekonomija qiegħda tiddgħajjef. Id-deċiżjonijiet futuri tagħna sejrin jiddependu fuq kif naraw li qegħdin jiżviluppaw l-ekonomija u l- inflazzjoni.
X’inhu jiġri fl-ekonomija?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
L-ekonomija qed tirkupra aktar bil-mod milli konna qed nistennew
In-nies mhux qed tixtri daqshekk oġġetti u servizzi. Id-ditti qed jibqgħu lura milli jagħmlu investimenti. Xi industriji qed isibuha diffiċli biex jikkompetu mal-bqija tad-dinja. Iżda maż-żmien, l-ekonomija għandha ssir iktar b’saħħitha.
Il-pagi qegħdin jogħlew, iżda b’inqas milli kien isir qabel
Ħafna nies għandhom xogħol u xorta għadhom qed jinħolqu postijiet tax-xogħol ġodda. Iżda d-ditti qed jirreklamaw inqas postijiet battala.
L-inflazzjoni qiegħda tonqos gradwalment
Xi servizzi xorta għadhom isiru aktar għoljin, bħala rispons tard għall-inflazzjoni għolja tal-passat. Fix-xhur li ġejjin, l-inflazzjoni tista’ tiżdied u tonqos xi ftit. Iżda, b’mod ġenerali, nistennew li tistabbilizza ruħha għal madwar il-mira tagħna ta’ 2%.
Kif naraw l-ekonomija tiżviluppa?
Nistennew li l-ekonomija tirkupra bil-mod fis-snin li ġejjin
Il-projezzjonijiet għat-tkabbir fiż-żona tal-euro fl-2024 u fis-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Diċembru 2024)
Nistennew li l-inflazzjoni tistabbilizza ruħha għal bejn wieħed u ieħor il-mira tagħna ta’ 2%
Il-projezzjonijiet għall-inflazzjoni taż-żona tal-euro fl-2024 u s-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Diċembru 2024)
Ħares lejn id-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Dan huwa dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.
Stqarrija tal-politika monetarja