Stqarrijiet tal-privatezza
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jipproċessa dejta personali skont il-liġi applikabbli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ħarsien tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta.
Regolament (UE) 2018/1725.Tista’ ssir taf kif il-BĊE jipproċessa d-data personali tiegħek billi taqra d-dikjarazzjonijiet ta’ privatezza onlajn tagħna, li jispjegaw:
- min jikkontrolla u jipproċessa d-data;
- għaliex id-data personali hija pproċessata u fuq liema bażi legali;
- x’tip ta’ data tinġabar;
- kemm iddum maħżuna d-data personali;
- min huma r-riċeventi tad-data personali
- kif tista’ teżerċita d-drittijiet tal-protezzjoni tad-data tiegħek;
- kif tikkuntattja lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-BĊE jekk għandek mistoqsijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta;
- kif tikkuntattja lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jekk ikollok bżonn tagħmel ilment għax taħseb li d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 nkisru bħala riżultat tal-ipproċessar.
Nistgħu nemendaw l-istqarrijiet tal-privatezza biex jitqiesu l-iżviluppi legali ġodda. L-istqarrijiet tal-privatezza fil-lista ta’ hawn fuq fihom informazzjoni aġġornata dwar l-operazzjonijiet ta’ pproċessar tal-BĊE.
Lil min tikkuntattja
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet dwar il-protezzjoni tad-data, tista’ tikkuntattja lill-Kontrollur tal-BĊE għall-Protezzjoni tad-Data (dpo@ecb.europa.eu).