Funzjonijiet
L-Eurosistema – li tikkonsisti mill-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro – twettaq numru ta’ kompiti biex iżżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet.
L-għan tagħna
L-għan ewlieni tagħna huwa li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet, i.e. li jiġi ssalvagwardat il-valur tal-euro. L-istabbiltà tal-prezzijiet hija essenzjali għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi – tnejn mill-għanijiet tal-Unjoni Ewropea – u tirrappreżenta l-iktar kontribuzzjoni importanti tal-politika monetarja li tista’ tagħmel f'dak il-qasam.
Missjoni tal-ECBMissjoni tal-EurosistemaL-Eurosistema hija responsabbli għal:
- id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja
- it-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ kambju barrani
- iż-żamma u l-ġestjoni tar-riżervi f'munita barranija taż-żona tal-euro
- il-promozzjoni tat-tħaddim bla xkiel tas-sistemi ta’ pagament
Il-BĊE jwettaq kompiti speċifiċi fl-oqsma tas-superviżjoni bankarja, il-karti tal-flus, l-istatistika, il-politika makroprudenzjali u l-istabbiltà finanzjarja kif ukoll il-kooperazzjoni internazzjonali u Ewropea.