Programmi koordinati mill-BĊE li tlestew
Il-banek ċentrali nazzjonali tal-UE ilhom jieħdu sehem tul ħafna snin fi programmi multiannwali ta' kooperazzjoni bejn il-banek ċentrali li jiġu finanzjati mill-Kummissjoni Ewropea.
Partikolarment, il-banek ċentrali ta' pajjiżi li għandhom perspettivi ta' adeżjoni mal-UE, u l-banek ċentrali tar-Russja u l-Eġittu, ħadmu mal-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-UE fi programmi ta' kooperazzjoni teknika biex itejbu l-ħiliet tal-istaff u l-kapaċitajiet istituzzjonali.
Minn Settembru 2014 sa Marzu 2015 il-BĊE u għaxar banek ċentrali nazzjonali tal-UE kienu involuti fi programm mal-Bank Ċentrali tal-Montenegro li analizza sitt oqsma:
- kontabilità
- integrazzjoni tal-UE
- operazzjonijiet finanzjarji u bankarji
- stabbiltà finanzjarja
- riskju operazzjonali u kontinwità tax-xogħol
- statistika
L-għan ta' din il-kooperazzjoni kien li jiġu identifikati oqsma fejn il-Bank Ċentrali tal-Montenegro kien jeħtiġlu jagħmel progress biex jilħaq livell kompatibbli ma' dak tas-SEBĊ.
- Deutsche Bundesbank
- Eesti Pank
- Bank of Greece
- Banque de France
- Banca d’Italia
- De Nederlandsche Bank
- Oesterreichische Nationalbank
- Banco de Portugal
- Banka Slovenije
- Národná banka Slovenska
Stqarrijiet għall-istampa
Minn Jannar 2014 sa Ġunju 2015 il-BĊE u 11-il bank ċentrali nazzjonali tal-UE għenu tliet banek ċentrali ta' pajjiżi kandidati tal-UE u kandidati potenzjali fil-Balkani tal-Punent. Il-programm kien jinkludi analiżi ta' sitt xhur tax-xogħol tal-Bank tal-Albanija fi 13-il qasam:
- stabbiltà finanzjarja
- teknoloġija tal-informatika
- verifika interna
- superviżjoni bankarja
- sistemi ta’ ħlas
- karti tal-flus u ħruġ
- komunikazzjoni
- integrazzjoni fl-UE
- riżorsi umani
- servizzi legali
- kontabilità u rappurtar finanzjarju
- analiżi u operazzjonijiet tal-politika monetarja
- statistika
Wara dan saret analiżi ta' sitt xhur tal-ħidma tal-Bank Ċentrali tar-Repubblika tal-Kosovo f'seba' oqsma:
- stabbiltà finanzjarja
- teknoloġija tal-informatika
- verifika interna
- superviżjoni bankarja
- sistemi ta’ ħlas
- integrazzjoni tal-UE
- amministrazzjoni
L-għan ta' din il-kooperazzjoni kien li jiġu identifikati oqsma fejn iż-żewġ banek ċentrali kien jeħtiġilhom jagħmlu progress biex jilħqu livell kompatibbli ma' dak tas-SEBĊ. Il-programm kien jinkludi wkoll komponent għat-tħejjija ta' proġett mal-Bank Nazzjonali tar-Repubblika tal-Maċedonja.
Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-UE li ġejjin:
- Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)
- Česká národní banka
- Deutsche Bundesbank
- Banque de France
- Banca d’Italia
- Bank Ċentrali ta’ Malta
- De Nederlandsche Bank
- Oesterreichische Nationalbank
- Banco de Portugal
- Banka Slovenije
- Národná banka Slovenska
Stqarrijiet għall-istampa
- 27 ta' Marzu 2015: Il-BĊE u banek ċentrali tal-Balkani tal-Punent itemmu programm ta' kooperazzjoni finanzjat mill-UE
- 17 ta' April 2014: Kummenti tal-bidu waqt il-konferenza stampa mogħtija minn Yves Mersch, Membru tal-Bord Eżekuttiv tal- BĊE
- 17 ta' April 2014: Il-BĊE jniedi programm ta’ kooperazzjoni finanzjat mill-UE ma' banek ċentrali tal-Balkani tal-Punent
Mill-15 ta' Ottubru 2012 sal-14 ta' Lulju 2013, il-BĊE u 10 banek ċentrali nazzjonali tal-UE għenu lill-Bank Nazzjonali tar-Repubblika tal-Macedonja billi identifikaw l-oqsma speċifiċi fejn jeħtiġlu jagħmel progress biex jilħaq livell kompatibbli ma' dak ta' bank ċentrali ta' Stat Membru tal-UE. L-10 oqsma identifikati kienu:
- kontabilità
- karti tal-flus
- analiżi ekonomika u riċerka
- riżorsi umani
- teknoloġija tal-informatika
- verifika interna
- servizzi legali
- politika monetarja u tar-rata tal-kambju
- sistemi ta’ ħlas
- statistika
Il-livell għandu jintlaħaq sa meta l-pajjiż isir Stat Membru tal-UE u l-Bank Nazzjonali tar-Repubblika tal-Macedonja jingħaqad mas-SEBĊ.
Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-UE li ġejjin:
- Deutsche Bundesbank
- Eesti Pank
- Central Bank of Ireland
- Banco de España
- Banca d’Italia
- Bank Ċentrali ta’ Malta
- De Nederlandsche Bank
- Oesterreichische Nationalbank
- Banka Slovenije
- Národná banka Slovenska
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) pprovda wkoll esperti biex jappoġġa l-programm.
Stqarrijiet għall-istampa
- 10 ta' Lulju 2013: L-Eurosistema u l-Bank Nazzjonali tar-Repubblika tal-Macedonja jtemmu programm ta' kooperazzjoni finanzjat mill-UE
- 22 ta' Jannar 2013: Il-BĊE jippreżenta programm ta' kooperazzjoni finanzjat mill-UE mal-Bank Nazzjonali tar-Repubblika tal-Macedonja; kummenti tal-bidu waqt il-konferenza stampa mogħtija minn Frank Moss, Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Internazzjonali u Ewropej, BĊE
Mill-1 ta' Frar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2013 il-BĊE u 21 bank ċentrali nazzjonali tal-UE għenu lill-Bank Nazzjonali tas-Serbja fl-isforzi tiegħu biex jimplimenta l-istandards tal-banek ċentrali tal-UE bi tħejjija għas-sħubija tar-Repubblika tas-Serbja fl-UE.
Il-programm ta' 35 xahar kompla fejn ħalla l-programm ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet li sar fil-perjodu 2008-2009. Kien ikopri 13-il qasam tal-attività bankarja ċentrali, uħud minnhom kienu ġew koperti wkoll fil-programm tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet:
- superviżjoni tas-settur finanzjarju
- armonizzazzjoni legali
- liberalizzazzjoni tal-movimenti tal-kapital
- ġestjoni tar-riżervi tal-kambju barrani
- operazzjonijiet monetarji u tar-rata tal-kambju
- servizzi finanzjarji u protezzjoni tal-konsumatur
- appoġġ għas-sħubija fl-UE
- analiżi ekonomika u riċerka
- statistika
- sistemi ta’ ħlas
- stabbiltà finanzjarja
- teknoloġija tal-informatika
- kontabilità u rappurtar finanzjarju
Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-UE li ġejjin:
- Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique
- Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)
- Česká národní banka
- Deutsche Bundesbank
- Eesti Pank
- Central Bank of Ireland
- Bank of Greece
- Banco de España
- Banque de France
- Central Bank of Cyprus
- Banque centrale du Luxembourg
- Magyar Nemzeti Bank
- De Nederlandsche Bank
- Oesterreichische Nationalbank
- Narodowy Bank Polski
- Banco de Portugal
- Banca Naţională a României
- Banka Slovenije
- Národná banka Slovenska
- Suomen Pankki – Finlands Bank
- Bank of England
Stqarrijiet għall-istampa
- 12 ta' Diċembru 2013: L-EU, il-BĊE u l-Bank Nazzjonali tas-Serbja jtemmu programm estensiv ta' kooperazzjoni
- 31 ta' Jannar 2013: Il-BĊE jestendi programm ta’ assistenza finanzjat mill-UE mal-Bank Nazzjonali tas-Serbja
- 18 ta' Marzu 2011: Il-BĊE jħabbar programm ta’ kooperazzjoni finanzjat mill-UE mal-Bank Nazzjonali tas-Serbja
Mill-1 ta' April 2010 sat-30 ta' Settembru 2011, il-BĊE u seba' banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għenu lill-Bank Ċentrali tal-Bożnja u Ħerzegovina fl-isforzi tiegħu biex jimplimenta l-istandards tal-UE għall-banek ċentrali bi tħejjija għas-sħubija fl-UE.
Esperti minn Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) u Banca Naţională a României ikkontribwew ukoll.
Il-programm ta' 18-il xahar segwa l-programm ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet li sar fl-2007 u kopra sitt oqsma tal-attività bankarja ċentrali, li minnhom l-ewwel tlieta ffukaw fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-programm tal-2007:
- statistika
- analiżi ekonomika u riċerka
- stabbiltà finanzjarja
- armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni mal-UE
- koordinazzjoni tal-integrazzjoni mal-UE
- titjib tas-servizzi tal-IT fil-Bank Ċentrali tal-Bożnja u Ħerzegovina
Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema li ġejjin:
- Deutsche Bundesbank
- Bank of Greece
- Banco de España
- Banca d’Italia
- De Nederlandsche Bank
- Oesterreichische Nationalbank
- Banka Slovenije
Stqarrijiet għall-istampa
- 30 ta' Settembru 2011: Il-BĊE u l-Bank Ċentrali tal-Bożnja u Ħerzegovina jtemmu b'suċċess il-programm ta' kooperazzjoni tagħhom.
- 15 ta' Marzu 2010: Il-BĊE jħabbar programm ta’ kooperazzjoni finanzjat mill-UE mal-Bank Ċentrali tal-Bożnja u Ħerzegovina.
- 15 ta' Marzu 2010: Kummenti tal-bidu waqt il-konferenza stampa mogħtija minn Gertrude Tumpel-Gugerell, Membru tal-Bord Eżekuttiv tal- BĊE.
Mid-19 ta' Jannar 2010 sat-18 ta' Jannar 2012, il-BĊE, flimkien ma' 14-il bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema, offra programm ta' għajnuna lil pajjiżi kandidati tal-UE u kandidati potenzjali.
L-għan kien li tissaħħaħ is-superviżjoni makro u mikroprudenzjali fil-Balkani tal-Punent u fit-Turkija.
L-Eurosistema mexxiet il-programm b'kooperazzjoni mill-qrib mal-komunità finanzjarja internazzjonali u bbenefikat mill-kompetenza ta' dawk il-korpi u istituzzjonijiet f'Basel, fi Brussell, f'Londra u f'Washington D.C. li diġà huma impenjati fl-istess għan li jeżaminaw u jsaħħu l-qafas superviżorju, anke skont ir-rakkomandazzjoni tal-G20.
Fl-ewwel sena l-programm kien jinkludi aktar minn 20 avveniment ta' taħriġ u tliet gruppi ta' ħidma ta' livell għoli dwar il-linji tal-politika, bis-sehem ta' madwar 36 istituzzjoni.
Matul it-tieni sena, ipprovda sostenn bilaterali lit-tmien benefiċjarji biex jgħinhom jiżviluppaw ċerti kapaċitajiet superviżorji. Wara dan saru eżerċizzji ta' simulazzjoni dwar l-istat ta' preparazzjoni għal, u l-ġestjoni ta', kriżijiet.
Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema li ġejjin:
- Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique
- Bank of Greece
- Banco de España
- Banque de France
- Banca d’Italia
- Central Bank of Cyprus
- Banque centrale du Luxembourg
- Bank Ċentrali ta’ Malta
- De Nederlandsche Bank
- Oesterreichische Nationalbank
- Banco de Portugal
- Banka Slovenije
- Národná banka Slovenska
- Suomen Pankki – Finlands Bank
Il-pajjiżi kandidati tal-UE u l-kandidati potenzjali involuti kienu:
- il-Kroazja
- l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
- l-Albanija
- Bożnja u Ħerzegovina
- il-Montenegro
- it-Turkija
- is-Serbja
- il-Kosovo (taħt UNSCR 1244/99)
Stqarrijiet għall-istampa
- 16 ta' Jannar 2012: Il-BĊE u istituzzjonijiet sħab itemmu b'suċċess programm għall-Balkani tal-Punent u t-Turkija.
- 19 ta' Jannar 2010: Il-BĊE u l-Kummissjoni Ewropea jniedu programm ta' assistenza dwar is-superviżjoni għal kandidati tal-UE
- Fuljett: Tisħiħ tas-superviżjoni makro u mikroprudenzjali f'pajjiżi kandidati tal-UE u kandidati potenzjali
Mill-1 ta' Settembru 2008 sal-31 ta' Mejju 2009, il-BĊE u 17-il bank ċentrali nazzjonali tal-UE għenu lill-Bank Nazzjonali tas-Serbja billi identifikaw l-oqsma speċifiċi fejn il-bank jeħtiġlu jagħmel progress biex jilħaq livell kompatibbli ma' dak ta' bank ċentrali ta' Stat Membru tal-UE.
Ġew identifikati sitt oqsma ta' attività bankarja ċentrali:
- superviżjoni ta' banek
- armonizzazzjoni mal-acquis communautaire tal-leġiżlazzjoni fil-kompetenza tal-Bank Nazzjonali tas-Serbja
- liberalizzazzjoni tal-movimenti tal-kapital
- tmexxija ta' politika monetarja u r-reġim tar-rati tal-kambju
- statistika monetarja, finanzjarja u tal-bilanċ tal-pagamenti
- protezzjoni tal-konsumatur fis-servizzi finanzjarji
Il-livell għandu jintlaħaq sa meta s-Serbja ssir Stat Membru tal-UE u l-Bank Nazzjonali tas-Serbja jingħaqad mas-SEBĊ.
Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-UE li ġejjin:
- Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique
- Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)
- Česká národní banka
- Danmarks Nationalbank
- Deutsche Bundesbank
- Eesti Pank
- Bank of Greece
- Banque de France
- Banca d’Italia
- Central Bank of Cyprus
- Latvijas Banka
- Magyar Nemzeti Bank
- De Nederlandsche Bank
- Oesterreichische Nationalbank
- Narodowy Bank Polski
- Banca Naţională a României
- Bank of England
Stqarrijiet għall-istampa
- 1 ta' Settembru 2008: Kooperazzjoni tal-BĊE/SEBĊ mal-Bank Nazzjonali tas-Serbja,
- 1 ta' Settembru 2008: Dikjarazzjoni tal-bidu waqt il-konferenza stampa mogħtija minn Gertrude Tumpel-Gugerell, Membru tal-Bord Eżekuttiv tal- BĊE.
Mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Awwissu 2007, il-BĊE u tmien banek ċentrali nazzjonali tal-UE għenu lill-Bank Ċentrali tal-Bożnja u Ħerzegovina billi identifikaw l-oqsma speċifiċi fejn il-bank jeħtiġlu jagħmel progress biex jilħaq livell kompatibbli ma' dak ta' bank ċentrali ta' Stat Membru tal-UE.
Ġew identifikati seba' oqsma:
- koordinazzjoni tas-superviżjoni bankarja
- analiżi ekonomika u riċerka
- stabbiltà finanzjarja
- verifika interna
- politika monetarja implimentata skont arranġament tal-bord għall-munita
- sistemi ta’ ħlas
- statistika
Il-livell għandu jintlaħaq sa meta l-Bożnja u Ħerzegovina Herzegovina ssir Stat Membru tal-UE u l-Bank Ċentrali tal-Bożnja u Ħerzegovina jingħaqad mas-SEBĊ.
Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-UE li ġejjin:
- Deutsche Bundesbank
- Eesti Pank
- Bank of Greece
- Banco de España
- Banque de France
- Banca d’Italia
- Oesterreichische Nationalbank
- Banka Slovenije
Stqarrijiet għall-istampa
Mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Marzu 2012, il-BĊE u seba' banek ċentrali nazzjonali tal-UE għenu lill-Bank Ċentrali tal-Eġittu biex isaħħaħ is-superviżjoni bankarja fl-Eġittu.
Dan inkluda l-aġġornament gradwali tar-regoli, ir-regolamenti, l-oqfsa ta' rappurtar u l-prattika superviżorja tal-bank u qarribhom lejn il-konformità bażika ta' Basel II, skont l-istrateġija mfassla mill-Bank Ċentrali tal-Eġittu u preżentata lill-banek kummerċjali waqt avveniment li sar fil-Kajr fl-14 ta' Ottubru 2009.
Il-proċess ta' riforma kien jinvolvi l-konsultazzjoni mal-industrija bankarja dwar kwistjonijiet kwalitattivi kif ukoll studji tal-impatt kwantitattiv.
Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-UE li ġejjin:
- Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)
- Česká národní banka
- Deutsche Bundesbank
- Bank of Greece
- Banque de France
- Banca d’Italia
- Banca Naţională a României
Stqarrijiet għall-istampa
- 15 ta' Marzu 2012: Tmiem tal-programm dwar is-superviżjoni bankarja mal-Bank Ċentrali tal-Eġittu
- 26 ta' Novembru 2008: Programm ġdid dwar is-superviżjoni bankarja mal-Bank Ċentrali tal-Eġittu
Mill-1 ta' April 2008 sal-31 ta' Marzu 2011, il-BĊE u tmien banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għenu lill-bank ċentrali tal-Federazzjoni Russa (Bank tar-Russja) fl-oqsma tas-superviżjoni bankarja u l-verifika interna.
Il-komponent tas-superviżjoni bankarja kien maħsub biex jgħin lill-Bank tar-Russja jżomm l-istabbiltà tas-sistema bankarja Russa billi jiġu modernizzati r-regoli, il-politika u l-prattika tas-superviżjoni biex isiru konformi mal-prinċipji aċċettati fil-livell internazzjonali kif stabbiliti mill-Kumitat ta' Basel għas-Superviżjoni Bankarja, magħruf aħjar bħala l-Qafas Basel II, wara l-esperjenza tal-implimentazzjoni ta' Basel II fl-UE.
Il-komponent tal-verifika interna kellu l-għan li jgħin lill-Bank tar-Russja biex itejjeb il-funzjoni tal-verifika interna li tqis ir-riskji permezz ta' taħriġ u konsultazzjoni ma' esperti tal-Eurosistema f'termini tal-aqwa prattika fl-Eurosistema b'mod ġenerali, u b'mod iżjed speċifiku l-verifika interna tal-ġestjoni tar-riżervi tal-kambju barrani u l-użu tal-għodod u tas-sistemi tal-IT.
Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema li ġejjin:
- Deutsche Bundesbank
- Bank of Greece
- Banco de España
- Banque de France
- Banca d’Italia
- De Nederlandsche Bank
- Oesterreichische Nationalbank
- Suomen Pankki – Finlands Bank
Stqarrijiet għall-istampa
Mill-1 ta' Diċembru 2005 sat-30 ta' Novembru 2007, il-BĊE u erba' banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għenu lill-Bank Ċentrali tal-Eġittu f'reviżjoni ġenerali tal-proċeduri amministrattivi u operazzjonali tiegħu fis-superviżjoni bankarja bil-għan li dan jersaq lejn orjentament li jqis ir-riskji.
Il-ħidma saret f'sitt oqsma:
- sorveljanza kontinwa
- spezzjonijiet
- analiżi makroprudenzjali
- regolazzjoni u ffissar ta' standards
- metodoloġija u teknoloġija tal-informazzjoni
- kurrikulu ta' taħriġ għas-superviżuri bankarji
Matul is-sentejn saru aktar minn 70 avveniment, fosthom missjonijiet ta' esperti, żjarat ta' studju, korsijiet ta' taħriġ u konsultazzjonijiet oħra.
Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema li ġejjin:
- Deutsche Bundesbank
- Bank of Greece
- Banque de France
- Banca d’Italia
Stqarrijiet għall-istampa
Mill-1 ta' Novembru 2003 sal-31 ta' Ottubru 2005, il-BĊE u disa' banek ċentrali nazzjonali tal-UE flimkien ma' tliet aġenziji superviżorji li mhumiex banek ċentrali għenu lill-bank ċentrali tal-Federazzjoni Russa (Bank tar-Russja) fl-isforzi tiegħu biex jimplimenta metodoloġija ta' superviżjoni bankarja li tqis ir-riskji.
Il-programm kien jinvolvi taħriġ ta' total ta' 1,000 membru tal-istaff superviżorju fil-fergħat reġjonali tal-Bank tar-Russja, u qsim tal-prattika superviżiorja tal-UE li tqis ir-riskji.
64 kors ta' taħriġ u erba' seminars ta' livell għoli saru fir-Russja u l-istaff tal-Bank tar-Russja żar lis-superviżuri bankarji fl-UE.
Tħejja wkoll ktejjeb bl-isem “Banking supervision – European experience and Russian practice” (Superviżjoni bankarja – l-esperjenza Ewropea u l-prattika Russa) kemm bl-Ingliż kif ukoll bir-Russu biex il-membri tal-istaff tal-Bank tar-Russja setgħu jistudjaw għal rashom.
Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-UE li ġejjin:
- Deutsche Bundesbank
- Central Bank of Ireland
- Banco de España
- Banque de France
- Banca d’Italia
- De Nederlandsche Bank
- Oesterreichische Nationalbank
- Banco de Portugal
- Suomen Pankki – Finlands Bank
Kienu involuti l-aġenziji superviżorji li mhumiex banek ċentrali li ġejjin:
- Rahoitustarkastus/Finansinspektionen
- Finansinspektionen
- Financial Services Authority
Stqarrijiet għall-istampa
- 13 ta' Ottubru 2005: Tmiem tal-proġett ta' taħriġ fl-attività bankarja ċentrali fir-Russja
- 13 ta' Ottubru 2003: Iffirmar ta' protokoll dwar Taħriġ ta' Bank Ċentrali fir-Russja, Dikjarazzjoni tal-bidu mill-President Duisenberg
- Manwal: Banking supervision – European experience and Russian practice en, ru