Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-Greċja

Il-Ministru għall-Ekonomija Nazzjonali u l-Gvernatur tal-Bank tal-Greċja għażlu d-disinji għall-muniti tal-euro tagħhom minn sett ta’ proposti ppreżentati minn kumitat tekniku u artistiku nazzjonali. Id-disinji rebbieħa saru mill-iskultur Georges Stamatopoulos, bi sponsorizzazzjoni mill-Bank tal-Greċja. Hemm disinn differenti għal kull denominazzjoni.

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

€2

Din il-munita turi xena minn mużajk li nstab fi Sparta (it-tielet seklu wara Kristu) u li fiha Europa tidher qiegħda tinħataf minn Żeus, fis-sura ta' barri. Europa hija figura tal-mitoloġija Griega li minnha ħa ismu l-kontinent tal-Ewropa. Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: EΛΛHNIKH ΔHMOKPATIA * (Repubblika Ellenika *).

€1

Din il-munita turi kokka meħuda minn xbieha li tidher fuq munita antika Atenjana ta’ 4 drakmi (il-ħames seklu qabel Kristu).

50 ċenteżmu

Din il-munita turi x-xbieha ta' Eleftherios Venizelos (1864−1936), wieħed mill-persunaġġi politiċi l-aktar prominenti tal-Greċja. Kien pijunier tar-riforma soċjali, diplomatiku magħruf u kellu sehem ewlieni fil-modernizzazzjoni tal-istat Grieg u fil-ħelsien tat-Tramuntana tal-Greċja u l-Gżejjer Eġej.

20 ċenteżmu

Din il-munita tfakkar lil Ioannis Capodistrias (1776-1831), politiku u diplomatiku ewlieni nazzjonali u Ewropew li sar l-ewwel Gvernatur tal-Greċja (1830-31) wara l-Gwerra Griega tal-Indipendenza (1821-27).

10 ċenteżmi

Fuq din il-munita jidher Rigas-Fereos (Velestinlis) (1757-98). Kien il-prekursur u figura ewlenija tal-illuminiżmu Grieg, kif ukoll viżjonarju u ħabbar tal-liberazzjoni tal-Balkani mill-ħakma Ottomana.

5 ċenteżmi

Din il-munita turi tanker tat-tbaħħir modern, li jirrifletti l-ispirtu innovattiv tat-tbaħħir Grieg.

2 ċenteżmi

Il-munita turi korvetta, tip ta’ bastiment użat matul il-Gwerra Griega tal-Indipendenza (1821-27).

1 ċenteżmu

Dan il-motif juri mudell avvanzat ta’ trirem Atenjan, l-ikbar bastiment tal-gwerra li dam ibaħħar għal aktar minn 200 sena, u li jmur lura għaż-żmien tad-demokrazija Atenjana (il-ħames seklu qabel Kristu).