Agħżel il-livell tiegħek
Mistoqsija 1 minn 4
Eżatt! Le, mhux eżatt!
L-euro twieled f’nofsillejl tal-1 ta’ Jannar 1999. Fil-bidu, kien sempliċiment f’forma elettronika, użat l-iżjed mill-banek u s-swieq finanzjarji. Għoxrin sena wara, qed niċċelebraw għeluq sninu! Se jkollna raġuni tajba oħra biex niċċelebraw fl-2022 meta jkun l-20 anniversarju tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro.
Mistoqsija 2 minn 4
Eżatt! Le, mhux eżatt!
Il-karti tal-flus tal-euro l-ġodda fihom xbieha ta’ Europa. Hija figura tal-mitoloġija Griega u l-oriġini tal-isem tal-kontinent tagħna. Ix-xbieha hija meħuda minn vażun li għandu iktar minn 2,000 sena. Il-vażun oriġinarjament instab fl-Italja tan-Nofsinhar u issa huwa eżebit fil-Mużew tal-Louvre f'Pariġi.
Mistoqsija 3 minn 4
Eżatt! Le, mhux eżatt!
Il-kompitu ewlieni tagħna hu li nżommu l-prezzijiet stabbli fiż-żona tal-euro sabiex tkun tista’ tixtri bl-euros tiegħek ta’ għada daqs kemm tista’ llum. S'issa wettaqna l-mandat tagħna: l-inflazzjoni nżammet fil-medja ta’ 1.7% mit-twelid tal-euro!
Mistoqsija 4 minn 4
Eżatt! Le, mhux eżatt!
Jekk tivvjaġġa lejn Mayotte jew La Réunion, ta’ min ifakkar li tista' tuża l-euro tiegħek hemmhekk ukoll! Dawn iż-żewġ gżejjer, li jinsabu fl-Oċean Indjan, huma dipartimenti barranin ta’ Franza fejn in-nies iħallsu wkoll bl-euro.
Mistoqsija 1 minn 4
Eżatt! Le, mhux eżatt!
Għalkemm ir-rati tal-imgħax tal-BĊE jikkontribwixxu għall-istabbiltà tal-prezzijiet fiż-żona tal-euro, m'għandhom xejn x'jaqsmu mad-disinn tas-simbolu tal-euro. Iż-żewġ linji paralleli jirrappreżentaw l-istabbiltà tal-munita. L-ittra Griega epsilon ntgħażlet bħala referenza għall-benniena taċ-ċiviltà Ewropea.
Mistoqsija 2 minn 4
Eżatt! Le, mhux eżatt!
M'hemm l-ebda dubju li Pariġi u Moska huma destinazzjonijiet brillanti, madankollu, biex tiġbor l-karti tal-flus tal-euro jkollok attwalment timxi mid-dinja sal-qamar u lura darbtejn u nofs. Mixja twila...Imma tiġi lura b’karti tal-flus li jiswew €633 f’butek!
Mistoqsija 3 minn 4
Eżatt! Le, mhux eżatt!
Huwa stħarriġ li jkejjel l-appoġġ tal-poplu Ewropew għall-euro, fost affarijiet oħra. Skont l-edizzjoni tar-ħarifa 2018, l-appoġġ għall-munita unika huwa ta’ 75% fiż-żona tal-euro, l-ogħla livell mill-2004. Grazzi li tappoġġa l-euro!
Mistoqsija 4 minn 4
Eżatt! Le, mhux eżatt!
Għalkemm id-deċiżjonijiet tal-politika monetarja huma fundamentali, ma nidfnuhomx taħt il-bini tagħna! Minbarra l-pjanijiet tal-bini, il-gazzetti u l-karti tal-flus, ġewwa l-ġebla hemm ukoll settijiet ta’ muniti tal-euro minn 16-il pajjiż li kienu parti miż-żona tal-euro fl-2010, kif ukoll munita mill-Belt ta' Frankfurt.
Mistoqsija 1 minn 4
Eżatt! Le, mhux eżatt!
Aħna nużaw il-gwida għall-ġejjieni biex nikkomunikaw l-intenzjonijiet tal-politika tagħna. Din l-għodda tagħmel lill-politika monetarja iżjed effettiva biex tgħinna nilħqu l-għan ewlieni tagħna li nservu lill-poplu billi nżommu l-prezzijiet stabbli fiż-żona tal-euro kollha.
Mistoqsija 2 minn 4
Eżatt! Le, mhux eżatt!
Warajhom mhux ser ikun hemm €500 ġdida Fl-2016 il-BĊE ddeċieda li jwaqqaf għalkollox il-produzzjoni tal-karta tal-€500 u li jħalliha barra mis-sensiela Europa.
Mistoqsija 3 minn 4
Eżatt! Le, mhux eżatt!
Huwa qal: “Fi ħdan il-mandat tagħna, il-BĊE lest jagħmel dak kollu li hu meħtieġ biex iħares lill-euro.” U emmnuni, ser ikun biżżejjed.” Is-Sur Draghi jingħad li saħħaħ il-kunfidenza fl-euro b'dan il-messaġġ qawwi.
Mistoqsija 4 minn 4
Eżatt! Le, mhux eżatt!
Il-fjorin, id-dukat u l-franken ġew ikkunsidrati imma ma ġewx aċċettati minħabba l-konnotazzjonijiet nazzjonali tagħhom. U min hi Belle? Il-qattusa favorita tagħna! Tista’ ssibha fuq il-kont Twitter tagħna.